Arkivji mensili: April 2013

Il-Festa tal-Ħniena Divina

Kompli aqra »

On Sunday 7th April 2013, the feast of the Divine Mercy will be celebrated at the Divine Mercy Sanctuary, San Pawl tat-Tarġa with Adoration at 5.00pm followed by Mass celebrated by the Auxiliary Bishop Mgr Charles J. Scicluna. …

Papa Franġsiku jesprimi solidarjeta mal-Arġentina wara għargħar qawwi

Argentina floods

F’messaġġ mibgħut lill-Arġentina mis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan, Papa Franġisku esprima solidarjeta spiritwali ma’ pajjiżu stess wara li għargħar qawwi ħalla mill-inqas 54 persuna mejta fil-kapitali Buenos Aires u ‘l barra minnha.

Xita qawwija bejn it-Tlieta u l-Erbgħa laqtet ħażin ħafna lil Buenos Aires u l-belt qribha ta’ La Plata. Kif l-ilma qed jiskula, iżjed iġsma ta’ nies mejta qed jitilgħu fil-wiċċ u jinstabu mill-ħaddiema tas-salvataġġ… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Kirkop

Il-Ġimgħa 5 t’April

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan ta’ Ħal Kirkop, Dun Noel Camilleri, bi tħejjija għall-Vista Pastorali f’Ħal Kirkop, fil-Kurja.

Il-Ħadd 7 t’April

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Kirkop, u wara jiltaqa’ man-nies.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Soċjeta’ Ċivili, f’Ħal Kirkop.

It-Tnejn 8 t’April

6.15 p.m… Kompli aqra »

Rapport appoġġjat mill-Knisja, jitlob iżjed kontabilita finanzjarja

Il-koordinatur tal-Kummissjonijiet Kattoliċi ‘Ġustizzja u Paċi’ fl-Ewropa laqa’ pożittivament l-interess fir-rapport ġdid appoġġjat mill-Knisja li qed jitlob azzjoni governattiva iktar b’saħħitha kontra l-evażjoni tat-taxxa u d-diżonesta finanzjarja. Il-patri dumnikan li jikkordina il-Konferenza tal-Kummissjonijiet Ewropej tal-Ġustizzja u l-Paċi, Fr Henrik Alberius qal li “għaddejjin konsultazzjonijiet, bl-intervent tal-Knisja iħalli impatt tajjeb”.

“Permezz tal-istil ta’ ħajja sempliċi li għandu, il-Papa l-ġdid, Franġisku, qed ifassal b’mod mill-iktar ċar mudell importanti fuqiex wieħed jimxi, u qed jgħin biex il-messaġġ tal-Knisja favur id-drittijiet umani, ir-rikonċiljazzjoni u l-iżvilupp jerġa jitwaħħad mat-tħassib reali tan-nies”… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

Konkatidral S. Ġwann

28 ta’ Marzu 2013

Ħuti, aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw dak li sar elfejn sena ilu, jiġifieri t-twaqqif tal-Ewkaristija minn Sidna Ġesù Kristu. Aħna fl-ewwel lezzjoni diġa rajna tifkira oħra għaliex fl’Antik Testment il-Lhud li għadhom sal-lum jiċċelebraw il-festa tal-Għid billi joqtlu ħaruf u jiekluh bħala familja flimkien. U waqt din iċ-ċeremonja kollha Sidna Ġesù Kristu iwaqqaf l-Ewkaristija u dik it-tifkira jagħmilha xi ħaġa li hija preżenti għalina llum… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

Konkatidral S. Ġwann

29 ta’ Marzu 2013

Ħuti, smajna r-rakkont tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Huwa rakkont li jqanqlek u jekk tħares lejh mill-għajnejn ta’ Sidna Ġesù Kristu nikkonsidraw li kien hemm ħafna weġgħat f’din l-passjoni, u mhux it-tislib biss.

Fil-fatt naħseb li waħda mill-weġgħat kbar li kellu Ġesù f’din l-passjoni kienet il-fatt li hu ltaqa’ ma’ xi ħadd, Pilatu, li ma kienx jaf il-verita“, u meta Ġesù offrilu li jurih il-verita“, għaliex qallu li jien għalhekk ġejt biex nixhed għall-verita“, Pilatu ċaħadha… Kompli aqra »

Il-Papa jintalab jikkunsidra r-regola taċ-ċelebat għas-saċerdoti fil-każ ta’ dawk tar-rit Latin

House of Lords

21 membru kattoliku tal-Parlament Ingliż kitbu lil Papa Franġisku jitolbuh jikkunsidra jtaffi ftit mill-istrettezza tar-regola taċ-ċelebat saċerdotali fil-każ ta’ saċerdoti tar-rit Latin. Membri tal-House of Commons u tal-House of Lords, fl-ittra lill-Papa, qalu li r-regola għandha tinbidel biex jibda jkun permess li rġiel miżżewġin ikunu jistgħu jiġu ordnati saċerdoti fejn meħtieġ. Huma sostnew li mhuwiex ġust li dawk li kienu ministri anglikani miżżewġin jitħallew jiġu ordnati saċerdoti kattoliċi fl-Ingilterra, f’Wales u fl-Iskozja – fl-istess ħin li l-Knisja fl-istess pajjiżi tinsisti fuq ir-regola taċ-ċelebat għall-kandidati kattoliċi… Kompli aqra »

‘L-imħabba hi ikbar minn kull ħażen’

Pope Francis in Easter Sunday

Il-Papa Franġisku qaddes l-ewwel quddiesa ta’ l-Għid il-Kbir bħala Papa fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Wara l-quddiesa, l-Papa Franġisku wassal l-awguri tal-Għid Urbi et Orbi, lil Ruma u lid-dinja, mingħajr ma żamm mat-tradizzjoni li jwassal l-awguri b’lingwi differenti.

Il-Papa appella għall-paċi fi Lvant Nofsani fejn in-nies għadhom qed jitħabtu biex isibu l-kuraġġ li jwassal għall-paċi. Il-Papa saħaq dwar il-ħtieġa tat-talb għall-paċi u biex tieqaf il-gwerra fis-Sirja… Kompli aqra »