Arkivji mensili: Mejju 2013

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Mejju

Ġwann 15, 9-11

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

Il-Qaddis tal-jum: Sant Atanasju Kompli aqra »

Appelli għall-inklużjoni tal-fqar fil-miri tal-iżvilupp sostenibbli

Archbishop Francis Chullikatt

In-Nunzju Appostoliku għall-missjoni ta’ osservatur permanenti fi ħdan is-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, l-Arċisqof Francis Chullikatt, indirizza grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-iżvilupp sostenibbli. Il-grupp ta’ ħidma iffoka fuq l-implimentazjoni tal-miri għall-iżvilupp sostenibbli li tfasslu fil-Konferenza Rio+20, fil-Brażil fuq firxa ta’ disat ijiem.

L-Arċisqof li fl-indirizz tiegħu iffoka fuq l-iskambju interattiv ta’ ideat dwar l-eradikazzjoni tal-faqar, qal li ċ-ċentralita tal-qerda tal-faqar hi essenzjalment ‘imperattiv morali’ fl-indirizz ta’ kull xorta ta’ faqar preżenti fil-familja umana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Mejju

Mattew 13, 54-58

Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? … Kompli aqra »