Archbishop Francis Chullikatt

In-Nunzju Appostoliku għall-missjoni ta’ osservatur permanenti fi ħdan is-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, l-Arċisqof Francis Chullikatt, indirizza grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-iżvilupp sostenibbli. Il-grupp ta’ ħidma iffoka fuq l-implimentazjoni tal-miri għall-iżvilupp sostenibbli li tfasslu fil-Konferenza Rio+20, fil-Brażil fuq firxa ta’ disat ijiem.

L-Arċisqof li fl-indirizz tiegħu iffoka fuq l-iskambju interattiv ta’ ideat dwar l-eradikazzjoni tal-faqar, qal li ċ-ċentralita tal-qerda tal-faqar hi essenzjalment ‘imperattiv morali’ fl-indirizz ta’ kull xorta ta’ faqar preżenti fil-familja umana. Kompla jgħid li l-eradikazzjoni tal-faqar għandha tinftiehem l-ewwel fil-kuntest ta’ ugwaljanza fid-dinjita ta’ kull persuna umana. Iktar minn hekk qal li l-eradikazzjoni tal-faqar għandha tkun gwidata mill-prinċipji tal-liġi naturali li “tispira l-għażliet politiċi, ġuridiċi u ekonomiċi, flimkien mal-approċ għal-liġi internazzjonali.