Arkivji mensili: Mejju 2013

Ejjew niċċelebraw Pentekoste flimkien!

.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qed jistiednu lill-Insara Maltin għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin. Din ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013, fil-Kumpless Sportiv ta’ Korradino, Raħal Ġdid, mis-6:00 p.m. sat-8:00 p.m. Din ser tkun ukoll l-ewwel opportunità għan-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Aldo Cavalli, li jipparteċipa f’attività Djoċesana u jiltaqa’ mal-Insara Maltin.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena, bit-tema “No Jesus, no love… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Mejju

Ġwann 21, 15-19

Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi… Kompli aqra »

F’Ruma, għaxriet ta’ eluf f’mixja favur il-ħajja

Rome – march for life

Il-Kardinal Raymond L.Burke u mexxejja oħra favur il-ħajja fl-Istati Uniti tal-Amerka, ingħaqdu ma’ għaxriet ta’ eluf ta’ dimostranti fit-tielet mixja annwali fl-Italja favur il-paċi.

Skont l-organizzaturi, mat-30,000 persuna mxew madwar żewġ mili mill-Kolossew sal-Kastell Sant’Anġlu.Huma mxew wara kurċifiss kbir tal-injam mimli xbihat ta’ tfal mhux imwielda u b’messaġġi bħal ‘Ejja ma noqtlux il-futur tagħna’ jew ‘waqqfu l-ġenoċidju sieket’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Mejju

Ġwanni 17, 20-26

“M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali f’Ħal Safi

Il-Ħamis 9 ta’ Mejju

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fir-residenza, Attard.

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħamis 16 ta’ Mejju

9.30 a.m. L-Arċisqof jżur l-Iskola Primarja.

5.00 p.m… Kompli aqra »

Kulħadd għandu bżonn…familja

No matter who we are, or where we are from, we all have one thing in common; our roots in a family, whether this is one that lives together or disconnected for one reason or another.

The word family carries with it a lot of weight and meaning, and comes with different implications. We cannot take it for granted that every individ-ual belongs to a clear-cut family structure, nor can we assume that a family is connected with relationships whether these are positive or nega-tive… Kompli aqra »

Aġġornament tal-Kleru 2013

Bejn it-Tnejn 13 u llum, l-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2013, is-saċerdoti reliġjużi u djoċesani ta’ Malta qed jinġabru flimkien għall-Kors ta’ Aġġornament għall-Kleru (in-service course). Din is-sena t-tema hi “L-Isfida tal-Għażla…f’Ħajjitna u fil-Ministeru tagħna”. Qed jattendu wkoll l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Dan il-kors ta’ aġġornament qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtù.

Il-kelliem għal din l-attività annwali hu Fr Timothy M… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-20 anniversarju tar-Richmond Foundation

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fl-okkajoni tal-20 sena anniversarju tar-Richmond Foundation, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Richmond Foundation hija Organizzazzjoni Non-Governattiva (NGO) għas-servizzi fil-komunita’ għal persuni li għandhom bżonnijiet fis-saħħa mentali u tippromovi l-prevenzjoni tal-mard mentali fost il-pubbliku inġenerali.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »