Arkivji mensili: Mejju 2013

Is-Santa Sede tippreżenta lill-Papa l-ktieb annwali tal-istatistika tal-Knisja

Annuario Pontificio 2013 – featuring two Popes

Il-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, flimkien mal-Uffiċjal għall-Affarijiet Ġenerali, l-Arċisqof Angelo Becciu, ippreżentaw lil Papa Franġisku l-edizzjoni tad-direttorja annwali tas-Santa Sede għall-2013 – bl-istatistika uffiċjali annwali tal-Knisja miġbura fi ktieb wieħed.

L-istatistika turi l-bidliet li jikkaratterizzaw lill-Knisja Kattolika mill-2012 sal-ħatra tal-Papa ġdid. Skont Radju Vatikan, il-Papa esprima sens ta’ gratitudni għall-istatistika miġbura u wera interess… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Mejju

Mark 9, 30-37

Telqu minn hemm u għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

Rigal u teżor għall-Knisja

Pope in St Peter's

Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid il-Ħamsin, Papa Franġisku wassal messaġġ speċjali lil madwar kwart ta’ miljun persuna miġbura quddiemu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Qalilhom li huma “rigal u teżor għall-Knisja”. Ħafna minn dawk preżenti kienu membri ta’ movimenti u komunitajiet ekkleżjali ffurmati minn lajċi kattoliċi li l-Papa stieden għal ċelebrazzjoni ta’ Pentekoste flimkien miegħu f’din is-Sena tal-Fidi.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Pentekoste, jew Għid il-Ħamsin, issir appuntu ħamsin jum wara l-Għid il-Kbir biex tiċċelebra l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u t-twelid tal-Knisja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Mejju

Mark 9,14-29

Meta reġgħu ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewwmu magħhom. In-nies, kif rawh, lkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewwmu magħhom?” U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem. U kull fejn jaħkmu jsabbtu ma’ l-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u jibbies… Kompli aqra »

20-26 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunità tas-Sorijiet Dumnikani, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu, Ħal Safi.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekeżi fil-Museum tal-Bniet, Ħal Safi.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fil-Museum tas-subien, Ħal Safi.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-dar tas-Sorijiet Dumnikani, Ħal Safi… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna stiednu lill-Insara Maltin għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin. Din saret nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013, fil-Kumpless Sportiv ta’ Korradino, Raħal Ġdid, mis-6:00 p.m. sat-8:00 p.m. Din kienet ukoll l-ewwel darba li n-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Aldo Cavalli, ipparteċipa f’attività Djoċesana u ltaqa’ mal-Insara Maltin.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena, bit-tema “No Jesus, no love… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Mejju

Pentekoste

Feast of the Holy Spirit

Gwann 14, 15-16. 23-26

“Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem,  l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-18 ta’ Mejju

John 21, 20-25

Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? … Kompli aqra »