Arkivji mensili: Ġunju 2013

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-ftuħ tal-Viżta Pastorali f’tas-Sliema (Sacro Cuor)

Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor

9 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, l-ewwelnett nistqarr il-ferħ tiegħi li qiegħed fostkom biex nagħmel il-vista pastorali fil-parroċċi tagħkom tas-Sacro Cuor, u parti mill-parroċċa hija propju din il-komunità li tiltaqa’ hawnhekk. Wieħed mid-dmirijiet sbieh tal-Isqof huwa li jżur kull parroċċa. F’Malta għandna 70 parroċċa, jiena għamilt il-vista pastorali f’57 u għad fadalli 13. Jekk il-Bambin irid, is-sena d-dieħla nkun għamilthom kollha… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-liberta reliġjuża hi iżjed mitkellma milli attwata

Pope Francis with Italian President, Giorgio Napolitano

Il-Papa Franġisku laqa’ f’udjenza lill-President Taljan Giorgio Napolitano u qal li l-liberta reliġjuża hi iżjed affermata bid-diskors milli protetta bil-fatti. Qal li “ksur gravi ta’ dan id-dritt bażiku huwa ta’ tħassib serju u l-pajjiżi tad-dinja għandhom jiġu flimkien sabiex iżommu ‘l fuq id-dinjita umana u jipproteġuha minn kull attakk”.

Franġisku kompla jgħid li l-koperazzjoni li teżisti llum bejn il-Knisja u l-Istat Taljan hi mibnija fuq interazzjoni ta’ kuljum bejn uffiċjali tal-Gvern u kattoliċi bil-għan ewlieni jkun “il-promozzjoni tal-interessi tal-poplu u tas-soċjeta”… Kompli aqra »

“Alla jħares lejna bil-ħniena” – Franġisku

Pope Francis during Angelus

Il-Papa Franġisku rrifletta dwar il-ħniena ta’ Alla, quddiem it-tema tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, sinonima max-xahar ta’ Ġunju. Meta kien qed iwassal il-messaġġ lil dawk miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, waqt il-ħin tal-Angelus, il-Kap tal-Kattoliċi rrefera għall-vanġelu tal-ġurnata fejn Ġesu juri l-ħniena u l-imħabba – l-attitudni ta’ Alla quddiem il-miżerja, it-tbatija u l-ansjeta tal-bniedem.

Il-Papa jkompli jfisser it-terminu ‘kompassjoni’, użat fil-Bibbja, speċifikament fil-liturġija tal-ġurnata, b’Ġesu jqajjem mill-mewt lit-tifel tal-armla… Kompli aqra »

Għajnuna meħtieġa għal attivita’ ta’ ġbir ta’ fondi

A fundraising committee was set up in order to raise money in aid of Dar Qalb ta Ġesu, which helps survivors of domestic violence.

The first event will be a Family Fest Weekend that will be organised on Saturday 15th and Sunday 16th June 2013. This event will entail the selling of different stuff and products, food and entertainment from 9am till 10pm, on both days… Kompli aqra »

The saving mission of the Church

A hundred years ago, a Eucharistic Congress – an annual event in the Universal Church – was held in Malta. In these days we have been regaled with some photos and write-ups on the event on newspapers and other means of social communication.

"We can explain the Eucharist by considering it as a prolongation of the graces which our Lord bestowed upon us."

Non-believers may question why Catholics make so much fuss about the Eucharist! … Kompli aqra »

What is most important is invisible

I have always been struck by an expression of Saint-Exupéry in his wonderful little book The Little Prince: “what is most important is invisible”. When I think about the Eucharist, this phrase often comes to mind. At Mass, as a priest, I hold a small white host and my faith tells me that it is the Body of the Lord, the Body of Jesus Christ… Kompli aqra »

10-16 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, f’Tas-Sliema.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu għal katekeżi fil-Museum, fl-istess parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummisjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin, fl-istess parroċċa… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f’għeluq iċ-ċentinarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2013, fit-8.00 p.m. f’għeluq il-Ġimgħa Ewkaristika, fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913, saret ċelebrazzjoni Djoċesana fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bis-sehem tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca u l-Isqof ta’ Malindi l-Kenya Mons. Emmanuel Barbara… Kompli aqra »

Titħassar il-Festa ta’ San Pawl il-Baħar

Wara li tħabbret il-mewt ta’ Patri Joseph Cilia OFM Conv, Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, Patri Arthur Cutajar OFM Conv, bħala Amministratur Parrokkjali u President tal-Kumitat Festa Marija Addolorata, ikkonsulta mal-Komunità tal-Patrijiet, mal-Kumitat tal-Festa Marija Addolorata, Sultana tal-Martri u mas-Soċjetà Mużikali San Pawl, dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa Titulari ta’ Marija Addolorata f’ San Pawl il-Baħar.

Patri Arthur Cutajar u l-entitajiet kollha hawn fuq msemmija waslu għal qbil unanimu li titħassar l-Festa għal din is-sena… Kompli aqra »