Arkivji mensili: Ġunju 2013

Is-Santa Sede dwar ir-responsabbilta lejn il-ġenerazzjonijiet futuri

Food security

Fi żmien diffiċli għall-ekonomija globali, qal li d-delegazzjoni tas-Santa Sede tinkoraġixxi lill-partijiet kollha sabiex iwessgħu l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Organizzazzjoni għal oqsma bħall-agrikoltura, forestazzjoni u sajd speċjalment bil-għan ewlieni jkun tas-sigurta fl-ikel li saret indispensabbli. Qal li hu meħtieġ li mill-kliem wieħed jgħaddi iżjed għall-fatti.

B’referenza għall-ippjanar ‘il quddiem, l-Arċisqof żied li wieħed jittama li jitwessgħu l-forom ta’ appoġġ għall-prattiċi li jikkostitwixxu r-realta ekonomika bażika għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Ġunju

Mattew 6, 19-23

“Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Ġunju

Mattew 6, 7-15

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:n’Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek,  ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

Il-Papa jċedi s-siġġu lil tifel bid-Downs

Pope Francis with down syndrome teen on Popemobile

Bħal kull nhar ta’ Erbgħa l-Papa jkollu l-udjenza fi Pjazza San Pietru imma llum għamel xi ħaġa li l-ebda Papa ieħor qablu ma għamel.

Waqt li kien qed idur fil-Pjazza bil-Popemobile, wara li spiċċat l-udjenza, il-Papa stieden tfajjel bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u li kien liebes il-flokk tal-Arġentina biex jitla’ miegħu fuq il-Popemobile.

Sorpriż b’din l-istedina, it-tifel aċċetta u tela’ maġenb il-Papa u saħansitra Franġisku offrilu jpoġġi fuq is-siġġu tiegħu… Kompli aqra »

Approvat it-tieni miraklu ta’ Ġwanni Pawlu II

Pope Wojtyla

After doctors and the commission of theologians okayed the second miracle performed by John Paul II, the commission of theologians has also given its approval. All that remains now is for cardinals and bishops to give the go ahead and Wojtyla could become a saint

It-tobba u l-Kummissjoni ta’ Teologi approvaw it-tieni miraklu li sar bl-intervent tal-Papa Ġwanni Pawlu II.  … Kompli aqra »

Il-Papa jżid isem San Ġużepp fit-talba Ewkaristika

Fl-ewwel digriet ta’ natura liturġika f’dan il-pontifikat, Papa Franġisku iddeċieda li fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ talba Ewkaristika, hekk kif jidhru fit-tielet edizzjoni tal-Missal Ruman wara li tissemma l-Verġni Mqaddsa Marija, iżid isem San Ġużepp.

Fil-link hawn taħt wieħed jista’ jsib id-digriet sħiħ u fid-dettall maħruġ l-Erbgħa mill-Kongregazzjoni għall-Qima divina u d-dixxiplina tas-Sagramenti. Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof Pawlu Cremona mill-grupp ‘The Priests’

L-Erbgħa 19 ta’ Ġunju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. laqa’ lil Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy, tlett saċerdoti Kattoliċi u tenuri Irlandizi magħrufa bħala ‘The Priests’, fi żjara ta’ korteżija fil-Kurja tal-Arċisqof.

Fil-11.30 a.m. il-media kellha l-opportunità tintervista lit-tenuri dwar is-suċċess mużikali tagħhom u l-mod kif jużaw it-talent tal-kant biex iwasslu messaġġ ta’ tama u paċi madwar id-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Ġunju

Mattew 6, 1-6,16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu… Kompli aqra »