Arkivji mensili: Ġunju 2013

Il-Papa lill-pajjiżi tal-G8: il-flus, il-politika u l-istudju ekonomiku għandhom iservu mhux jaħkmu

G8

Money, politics and economics must serve, not rule. They must serve people and promote an ethics of truth. This was the thread running through Pope Francis Letter to the British Prime Minister on the eve of the G8 Summit.The Holy Father’s Letter was in response to one sent by David Cameron ahead of the Northern Ireland summit which gathers togther the leaders of the 8 most powerful nations in the world to the banks of Lough Erne… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ Ġunju

Mattew 5,43-48

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek. ‘Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq  il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Ġunju

Matthew 5,38-42

“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn.   … Kompli aqra »

17-23 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu għall- katekeżi fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fl-Uffiċċju Parrokkjali, fl-istess parroċċa.

It-Tlieta

11.00 a.m.       L-Arċisqof jattendi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Midalja  Premju Ġwanni XXIII fil-Palazz, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Ġunju

Il-11 il-Hadd ta’ matul is-Sena

Luqa 7, 36-8.3

Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15ta’ Ġunju

Mattew 5, 33-37

“Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari, ‘Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.’ Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14ta’ Ġunju

Mattew 5, 27-32

“Smajtu xi ntqal, ‘La tagħmilx adulterju.’ Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ‘l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ‘l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li tfulija serena hi dritt u dmir tagħna

Fi tmiem il-katekeżi tiegħu, ilbieraħ il-Papa Franġisku appella għall-protezzjoni tat-tfal, speċjalment meta tfakkar il-jum dinji kontra t-tħaddim tat-tfal – b’attenzjoni speċjali tingħata għall-isfruttar tat-tfal f’xogħol domestiku, sitwazzjoni deplorabbli li qed tiżdied, speċjalment fl-ifqar pajjiżi. Franġisku appella biex il-komunita internazzjonali tieħu miżuri aktar effettivi kontra din il-“pesta”, kif sejħilha. “Hemm miljuni ta’ tfal, ħafna minnhom bniet, li huma vittmi ta’ din il-forma moħbija ta’ sfruttament li ħafna drabi tinvolvi abbuż, maltrattament u diskriminazzjoni…hija skjavitu reali,”, kompla l-Papa waqt li qal li t-tfal għandhom jitħallew jilagħbu, jistudjaw, jitolbu u jikbru fil-familji tagħhom, fejn għandhom igawdu ambjent armonjuż, seren u ta’ mħabba… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema

Nhar it-Tnejn 10 ta’ Ġunju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummisjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin, bħal parti miż-Żjara Pastorali, fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »