Arkivji mensili: Ġunju 2013

Il-Papa jingħata relikwija tal-Arċisqof Romero

Pope recieving Romero's relic

Il-Kap tal-Knisja Kattolika ngħata relikwija tal-Arċisqof Oscar Romero li kien inqatel f’El Salvador. Din ir-relikwija ngħatat lill-Papa bħala rigal mill-President tal-Ekwador Mauricio Funes Cartagena. Qabel iż-żjara tiegħu lil Franġisku, Funes qal li l-għan ewlieni taż-żjara tiegħu lill-Papa kien biex jesprimi l-gratitudni qawwija tiegħu għall-fatt li l-proċess ta’ kanonizzazzjoni ta’ Romero ma kienx imblukkat. Barra minn hekk huwa nkoraġixxa li l-proċess lejn id-dikjarazzjoni tal-qdusija ta’ Romero jissokta u jitwasal lejn tmiemu… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913

Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2013, fit-8.00 p.m. f’għeluq il-Ġimgħa Ewkaristika, fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913, ser issir ċelebrazzjoni Djoċesana fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din ser titmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bis-sehem tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca u l-Isqof ta’ Malindi l-Kenya Mons. Emmanuel Barbara… Kompli aqra »

Enfasi fuq il-ħtieġa li jitwaqqaf il-ġuħ fid-dinja

Starving child

Li tinstab soluzzjoni għall-“iskandlu kontinwu” tal-ġuħ fid-dinja għandu jkun ta’ priorita assoluta. Dan qalu r-rappreżentant tal-Vatikan għall-Ġnus Maqgħuda, l-Arċisqof Francis A. Chullikatt, meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-miri tal-iżvilupp sostenibbli. Bħala osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, qal li “hu tal-mistħija li tant u tant nies fqar fid-dinja qed ikomplu jsibu lilhom infushom f’sitwazzjoni li ġġibhom awtomatikament vittmi bla saħħa ta’ xejn tal-problema ta’ ġuħ kroniku”… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, tas-Sliema

It-Tlieta 4 ta’ Ġunju

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan dwar il-Viżta Pastorali li se ssir fil-Parroċċa tiegħu, fil-Kurja.

Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizzazzjoni, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Sant’ Antnin.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-leaders tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti u wara maż-żgħażagħ, fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin… Kompli aqra »

L-ewwel Konferenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewkaristika

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2013, saret l-ewwel konferenza minn tnejn, li saret il-bieraħ filgħaxija fil-Kurja tal-Arċisqof, bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgha Ewkaristika. Din qed issir fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913. Il-kelliema ewlenija kienu l-Professur Oliver Friġġieri u Rev Dr Konrad Grech SJ, li tkellmu dwar il-Fidi fil-kuntest tat-tibdil soċjali li seħħ f’Malta matul l-aħħar mitt sena… Kompli aqra »

L-intenzjonijiet għat-talb tal-Papa f’Ġunju

Pope praying

L-Appostolatura tal-Vatikan ħabbret l-intenzjonijiet għat-talb tal-Papa matul ix-xahar ta’ Ġunju .

Fl-intenzjoni ġenerali tiegħu fit-talb, il-Papa se jitlob biex fost il-popli kollha tad-dinja tipprevali kultura ta’ djalogu, smigħ u rispett reċiproku.

Bħal kull xahar, titħabbar ukoll l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika. Matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, il-Papa qed jitlob sabiex fejn is-sekularizzazzjoni hi l-iktar b’saħħitha, il-komunitajiet Insara jippromwovu b’effettivita l-evanġeliżżjoni l-ġdida”… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq il-25 Sena mid-Dħul ta’ Sr Glorianne fil-Komunita tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu

Dar tal-Kleru, B’Kara

1 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, kif għidna fil-bidu aħna llum bħala Knisja qegħdin niċċelebraw il-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu. U f’dan il-misteru tal-Ewkaristija aħna bħala bnedmin li jemmnu naraw l-imħabba kbira ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Għaliex l-Ewkaristija, ħuti? L-Ewkaristija mhi xejn ħlief il-kontinwazzjoni tal-miraklu ta’ Ġesù. Hu ġie fostna u fl-inkarnazzjoni u mela l-umanità bid-divinità għaliex sar wieħed minna… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’ Sr Elizabeth Clare

Monasteru tal-Klarissi, S. Ġiljan

2 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, illum fil-Knisja universali aħna qegħdin niċċelebraw il-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu moghtijin lilna bħala ikel u xorb. Hemm ħafna modi kif nistgħu nispjegaw l-Ewkaristija, imma jien se nagħtikom ħsieb wieħed biss fuqu.

L-Ewkaristija hija t-tiġdid, il-kontinwazzjoni ta’ żewġ misteri kbar fil-ħajja ta’ Ġesù: l-Inkarnazzjoni u s-salib… Kompli aqra »

Jiddiskutu Lvant Nofsani u t-traffikar tan-nies

President of UN General Assembly with Pope

l-pjaga tat-traffikar tal-bnedmin u t-tensjoni kontinwa fil-Lvant Nofsani kienu l-fokus ta’ tħassib li l-Papa Franġisku wera’ fid-diskussjonijiet mal-President tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, is-Serb Vuk Jeremić.

Jeremić aktar tard iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat il-Kardinal Tarcisio Bertone u Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati. l-Arċisqof Dominiq  Mamberti.

Fir-rigward tal-kriżi ekonomika globali attwali, sar riferiment għar-rwol li l-Assemblea Ġenerali tal-GM tista’ tassumi fil-programmi għall-aġenda ta’ żvilupp sostenibbli wara l-2015, li jirrispetta l-ambjent u fl-istess ħin tkun tista’ tnaqqas id-diskrepanza  bejn l-għonja u foqra… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija f’Burmarrad

Nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi u fil-Jum tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna se jiċċelebra Konċelebrazzjoni Solenni fil-knisja ta’ Burmarrad fis-7.00 p.m. Wara l-quddiesa se ssir purċissjoni mixgħela ‘Aux Flambaux’ bl-istatwa titulari, immexxija mill-Provinċjal P. Alfred Calleja O.F.M. Conv. U wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi. Kompli aqra »