Arkivji mensili: Lulju 2013

Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

  • Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex
  • Fid-dawl ta’ l-iżviluppi li seħħew f’dawn l-aħħar siegħat u fid-dawl ta’ dak li qal il-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku l-bieraħ f’Lampedusa, aħna l-Isqfijiet Maltin nappellaw lill-Awtoritajiet Ċivili Maltin biex iħarsu d-dinjità ta’ kull bniedem li jasal fuq ix-xtut tagħna, jirrispettaw l-obbligi internazzjonali ta’ Malta u jkomplu jwettqu politika ta’ ospitalità.  Fl-istess ħin nappellawlhom biex ikomplu jisħqu b’kull meżż leġittimu biex pajjiżi ikbar minna jaqsmu il-piż tagħna…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Lulju

Mattew 9,32-38

Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!” Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten.” Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

€457,312 jinġabru b’riżq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-plejers, ir-residenti u l-voluntiera matul Il-Maratona tal-Volleyball (BOV), b’ riżq id-Dar tal-Providenza li saret fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza. Il-Maratona ta’ 53 siegħa ta’ logħob tal-volleyball intemmet il-Ħadd f’nofsillejl.

Photos by: Jes Saliba Kompli aqra »

Laqgħa għall-missjunarji Maltin

Is-Segretarjat għall-Appostolat tal-Emigranti, li fergħa minnu hija responsabbli mis-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas, SMPO) ser jorganizza laqgħa għall-missjunarji reliġjużi u lajċi li jkunu Malta għall-ġranet ta’ mistrieħ. Hija xewqa ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li jistiedinhom bħal kull sena, għal laqgħa li ser ssir nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju 2013, fil-5:00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Lulju

Matthew 9,18-26

Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu. Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet… Kompli aqra »

8-14 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’mal-Missjunarji Maltin, f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

Il-Ħamis

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Benedittu fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Lulju

Ġwanni 20, 1-2.11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”

Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Lulju

Mattew 9, 14-17

Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber. Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered, u d-damiġġani jintilfu… Kompli aqra »

Ordinazzjoni Presbiterali ta’ disa’ qassisin ġodda

Nhar l-Erbgha, 3 ta’ Lulju 2013, fis-6.30 p.m., l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, li matulha ġew ordnati disa’ saċerdoti (tlieta djoċesani u sitta reliġjużi). Is-saċerdoti ġodda huma Patri Glen Attard O.Carm, Patri Stephen Borg O.F.M. Conv, Patri Bernard Falzon M.S.S.P., Dun Leonard Mintoff mill-parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara, Dun Charlon Muscat mill-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, Patri Josef Pace O.F.M… Kompli aqra »