Arkivji mensili: Lulju 2013

Il-Ġurnalisti f’titjira mal-Papa

  • Il-Ġurnalisti f’titjira mal-Papa
  • Nhar it- 30 ta’ Lulju 2013, Fit-titjira lura minn Rio de Janeiro lejn Ruma, il-Papa Franġisku tkellem għal madwar siegħa u nofs mal-ġurnalisti li akkumpanjawh fil-vjaġġ tiegħu. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet kollha ma kinux mħejjija jew maħsuba minn qabel u l-Papa wieġeb il-mistoqsijiet kollha li kienu mqiegħda, fuq suġġetti li kienu jvarjaw mis-sigurta personali sar-relazzjoni tiegħu mal-Kurja Romana, il-vjaġġ tiegħu fil-Brażil, il-kollaborazzjoni tiegħu ma’ Benedittu XVI u s-sitwazzjoni ta’ persuni divorzjati li reġgħu żżewġu. 

    Franġisku qal li kien kuntent bil-vjaġġ tiegħu barra mill-Italja, waqt li kkumenta li ġiebet fil-wiċċ ‘it-tjieba u t-tbatija tal-poplu Brażiljan …il-poplu Brażiljan huma nies twajba u mimlija mħabba, dħulin, affabbli, u ġenerużi, li anke waqt it-tbatija jfittxu l-aħjar għal kulħadd…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tal-31 ta’ Lulju
  • Mattew 13, 44-46

    “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.”  “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.”
     
    Il-Qaddis tal-jum: San Injazju ta’ Loyola

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tat-30 ta’ Lulju
  • Matthew 13,36-43

    ​Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.” U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-ħażin, u  l-għadu   li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u  l-ħassada  l-anġli. Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tad-29 ta’ Lulju
  • Luqa 10, 38-42

    ​Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tal-24 ta’ Lulju
  • Matthew 13, 1-9

    Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli. U qalilhom : “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tal-25 ta’ Lulju
  • Mattew 20, 20-28

    Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tas-26 ta’ Lulju
  • Mattew 13, 10-17
     
    Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-parabboli?” Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tas-27 ta’ Lulju
  • Mattew 13, 24-43

    ​Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? …

  • Kompli aqra »

29 Lulju – 4 Awwissu​

  • 29 Lulju – 4 Awwissu
  • It –Tnejn
     
    It-Tlieta
     
    L-Erbgħa
     
    Il-Ħamis
     
    Il-Ġimgħa      
     
    4.30 a.m.         L-Arċisqof jasal lura minn minn Lourdes, fl-Ajruport.
    8.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi għal riċeviment tas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp, il-                                          Ħamrun.
     
    Is-Sibt
     
    Il-Ħadd          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jikkonċelebra l-Pontifikal fil-festa ta’ San Duminku, il-Belt Valletta…
  • Kompli aqra »