Arkivji mensili: Lulju 2013

15-21 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

8.oo p.m. L-Arċisqof, jieħu sehem f’laqgħa tas-saċerdoti żgħażagħ li jilqgħu magħhom lis-saċerdoti li kienu ordnati din is-sena, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof ikollu żjara ta’ korteżija minn Mons. Massimo Pozzer, is –Segretarju tal-Arċisqof ta’ Vicenza, fil-Kurja.

Il-Ħamis

6.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Lulju

Il-15 il Ħadd ta’ matul is-sena

Luqa 10, 25-37

Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?” Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” “Sewwa weġibt,” qallu Ġesù,”agħmel hekk u tgħix.” Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet… Kompli aqra »

Tibda l-maratona ta’ karita’ Oħloq Tbissima

Illum il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju f’nofsinhar, bdiet il-11-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima.

Din hi maratona ta’ 60 siegħa xandir live mtella’ minn ĊAM Productions international (CPi), il-Production House fi ħdan is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), bil-għan li titqajjem kuxjenza missjunarja filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fdati f’idejn il-patrijiet tal-MSSP fil-Peru, Pakistan u Filippini, kif ukoll għad-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera u għax-Xandir tal-Kelma permezz tal-media… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Lulju

Mattew 10, 16-23

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqgħa mall-missjunarji Maltin

Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Lulju 2013, ġewwa Dar l-Emigrant, Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ mal-missjunarji Maltin. Din is-sena l-Arċisqof iltaqa’ ma’ 20 missjunarju li qegħdin Malta għas-sajf. Il-missjunarji preżenti għall-laqgħa ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom; mill-Polonja, l-Albanija, il-Pakistan, il-Kamerun, il-Brażil, is-Sudan, il-Faroe Islands, l-Isvezja, il-Messiku, il-Kenja, l-Etjopja, u l-Peru. Huma taw rendikont qasir lill-Arċisqof tal-ħidma sabiħa u varjata li jwettqu f’pajjiżi madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

In-Nunzju Apostoliku jżur ir-residenti tad-Dar tal-Providenza

On Wednesday 11th July, 2013,the Apostolic Nuncio for Malta and Titular Archbishop of Vibo Valentia, H.E. Mgr Aldo Cavalli visited residents of Id-Dar tal-Providenza, in Siġġiewi. “Id-Dar tal-Providenza is a family of love and preparation,” said the Mgr Aldo Cavalli, when he visited the Home and met the residents, carers and staff. He also toured the chapel, the Dun Mikiel Museum as well as Dun Mikiel’s grave… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Lulju

Mattew 19,27-29

Pietru dar lejn Ġesù u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?” Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael. U kull min iħalli ‘l daru jew ‘il ħutu jew ‘il missieru jew ‘l ommu jew ‘l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

Żgħażagħ Maltin se jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

On Wednesday 10th July, the Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Malta (Diocesan Youth Commission) group of youths will be leaving Malta to join over two million young people who are expected to attend the World Youth Day celebrations in Brazil. In total, 80 Maltese youths will be attending these celebrations. The theme chosen by Pope Benedict XVI is “Go and make disciples of all nations” (Matthew 28, 19)… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Lulju

Mattew 10, 1-7

Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »