• Il-Prim Ministru jinawgura Wirja ta’ Arti mtella’ mill-Caritas

  • Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ottubru, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, inawgura wirja ta’ arti mtella’ mill-Caritas, fil-Berġa ta’ Kastilja, bl-iskop li jinġabru fondi għas-servizzi li jiġu offruti mill-Caritas. Il-wirja tinkludi xogħol tal-artisti Wayne Attwood, Anton Calleja, Debbie Caruana Dingli, Joe Pace Ross, Arnold Sultana and Nicola Sultana.  Il-wirja tinkludi ukoll xogħlijiet ta’ Carmelo Mangion, F.X. Vassallo, Barry Temple, Albert William Crawford McFall and Vladimir Velechko.

    L-Eżibizzjoni tkun miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 24 ta’ Ottubru sas-Sibt 26 ta’ Ottubru bejn l-4.00 p.m. and 8.00 p.m.  Is-Sibt, il-wirja tkun miftuħa wkoll bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.