Arkivji mensili: Ottubru 2013

The World’s End

  • The World’s End

  • ***

    Direttur:          Edgar Wright

    Atturi:             Simon Pegg, Nick Frost, Paddy ConsidIne, Martin Freeman, Eddie Marsan David Bradley u Rosamund Pike

    Ħin tal-film:    109 min…

  • Kompli aqra »

Runner Runner

  • Runner Runner

  • Direttur:          Brad Furman

    Atturi:             Justin Timberlake, Gemma Arterton, Anthony Mackie, Ben Affleck, David Costabile, Sam Palladio u Oliver Copper

    Ħin tal-film:    91 min

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          18

    Richie Furst kellu karriera tas-suċċess f’Wall Street…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għal Jum il-Missjoni

  • Messaġġ tal-Arċisqof għal Jum il-Missjoni
  • Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ

    20 ta’ Ottubru 2013

    Huti, aħna llum qegħdin niċċelebraw jum il-missjoni. Nirringrazzjaw lil ħutna mill-Ghana li ġew jagħtuna ħjiel ta’ kif il-quddiesa tkun imsebbħa fl-art tal-missjoni.

    X’inhi l-missjoni? Il-missjoni mhi xejn ħlief il-mod kif il-Knisja tkompli l-missjoni ta’ Ġesù fl-istorja tas-salvazjoni tagħna. Ejjew inpoġġuha f’kuntest…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-ftuħ tal-Viżta Pastorali fiż-Żurrieq

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-ftuħ tal-Viżta Pastorali fiż-Żurrieq
  • 13 ta’ Ottubru 2013

    Aħna qegħdin fil-bidu taż-żjara pastorali tiegħi fil-parroċċa. X’inhi l-paroċċa? Il-parroċċa hija żewġ affarijiet. L-ewwelnett hija l-komunità li tiltaqa’ hawn, imma mbagħad il- parroċċa tfisser ukoll it-territorju li l-Isqof ikun ta lil din il-komunità biex tevanġeliżżaha. Per eżempju għaliex in-Nigret mhijiex parroċċa? Għaliex m’għandhiex territorju propju tagħha…

  • Kompli aqra »

Appell lill-Parlamentari mill-Isqof Charles Scicluna

  • Appell lill-Parlamentari mill-Isqof Charles Scicluna
  • L-Abbozz ta’ liġi, imressaq mill-Onorevoli Manuel Mallia, il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, f’isem il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, u moqri għall-ewwel darba fis-seduta tat-30 ta’ Settembru 2013, għandu bħala għanijiet u raġunijiet l-introduzzjoni tad-dritt li l-persuni, kemm jekk tal-istess sess jew ta’ sess oppost, jidħlu f’unjoni ċivili.

    Il-prinċipju taħt dan l-att jew l-abbozz, “hu li jekwipara l-unjoni ċivili u ż-żwieġ mil-lat ta’ proċedura u sustanza, b’mod li jiggarantixxi d-drittijiet ugwali lill-imsieħba f’unjoni ċivili hekk kif inhi garantita lill-konjugi fiż-żwieġ”…

  • Kompli aqra »

COMECE: L-abort mhuwiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea

  • COMECE: L-abort mhuwiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea
  • In the context of the Vote today at the European Parliament of an own initiative Report on “Sexual and Reproductive Health and Rights” which includes abortion, COMECE recalls that the EU has no competence in regard to this matter. EU citizens should not be misled.

    Article 168 § 7of the Treaty on the Functioning of the EU states that the ‘‘Union action shall respect the responsibilities of the Member States for the definition of their health policy and for the organisation and delivery of health services and medical care…

  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012

  • Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012

  • Riżorsi Finanzjarji għall-Pastorali

    Wara r-riżultati finanzjarji negattivi ta’ dawn l-aħħar snin, fejn b’kollox ġie rreġistrat telf ta’ aktar minn €3,500,000 bejn l-2008 u l-2011, il-Knisja f’Malta rnexxielha tirreġistra riżultati finanzjarji pozittivi għas-sena 2012…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Moviment ta’ Kana dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jirregola l-Unjonijiet Ċivili

  • Stqarrija mill-Moviment ta’ Kana dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jirregola l-Unjonijiet Ċivili

  • Il-Moviment Kana, li ilu jagħti servizz favur iż-żwieġ u l-familji Maltin, studja l-abbozz ta’ liġi propost mill-Gvern biex jirregola l-unjonijiet ċivili u jemmen illi:

    1.         Id-dibattitu dwar dan is-suġġett għandu jkun il-ħin kollu ggwidat mill-prinċipju li kull persuna kemm eterosesswali kif ukoll omosesswali jew ta’ xi orjentament sesswali ieħor, għandha tiġi trattata b’rispett u b’dinjità…

  • Kompli aqra »

21 – 27 ta’ Ottubru

  • 21 – 27 ta’ Ottubru
  • It-Tnejn          

    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żurrieq.

    7.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, fil-Knisja Parrokjali taż-Żurrieq.

    It-Tlieta          

    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal mill-iskola ta’ St. Elmo, fil-Kurja.

    L-Erbgħa

    10.00 a.m…

  • Kompli aqra »