Arkivji mensili: Ottubru 2013

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-ftuħ tal-Viżta Pastorali fiż-Żurrieq

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-ftuħ tal-Viżta Pastorali fiż-Żurrieq
  • 13 ta’ Ottubru 2013

    Aħna qegħdin fil-bidu taż-żjara pastorali tiegħi fil-parroċċa. X’inhi l-paroċċa? Il-parroċċa hija żewġ affarijiet. L-ewwelnett hija l-komunità li tiltaqa’ hawn, imma mbagħad il- parroċċa tfisser ukoll it-territorju li l-Isqof ikun ta lil din il-komunità biex tevanġeliżżaha. Per eżempju għaliex in-Nigret mhijiex parroċċa? Għaliex m’għandhiex territorju propju tagħha…

  • Kompli aqra »

il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Ottubru
  • Luqa 12, 49-53

    “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ‘il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra  l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”

    The Saint of the day: Sant’Antnin M Claret

  • Kompli aqra »

Appell lill-Parlamentari mill-Isqof Charles Scicluna

  • Appell lill-Parlamentari mill-Isqof Charles Scicluna
  • L-Abbozz ta’ liġi, imressaq mill-Onorevoli Manuel Mallia, il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, f’isem il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, u moqri għall-ewwel darba fis-seduta tat-30 ta’ Settembru 2013, għandu bħala għanijiet u raġunijiet l-introduzzjoni tad-dritt li l-persuni, kemm jekk tal-istess sess jew ta’ sess oppost, jidħlu f’unjoni ċivili.

    Il-prinċipju taħt dan l-att jew l-abbozz, “hu li jekwipara l-unjoni ċivili u ż-żwieġ mil-lat ta’ proċedura u sustanza, b’mod li jiggarantixxi d-drittijiet ugwali lill-imsieħba f’unjoni ċivili hekk kif inhi garantita lill-konjugi fiż-żwieġ”…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Ottubru
  • Luqa 12, 39-48

    Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.” “Mulej,” qallu Pietru, “din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?” Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? …

  • Kompli aqra »

COMECE: L-abort mhuwiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea

  • COMECE: L-abort mhuwiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea
  • In the context of the Vote today at the European Parliament of an own initiative Report on “Sexual and Reproductive Health and Rights” which includes abortion, COMECE recalls that the EU has no competence in regard to this matter. EU citizens should not be misled.

    Article 168 § 7of the Treaty on the Functioning of the EU states that the ‘‘Union action shall respect the responsibilities of the Member States for the definition of their health policy and for the organisation and delivery of health services and medical care…

  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012

  • Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012

  • Riżorsi Finanzjarji għall-Pastorali

    Wara r-riżultati finanzjarji negattivi ta’ dawn l-aħħar snin, fejn b’kollox ġie rreġistrat telf ta’ aktar minn €3,500,000 bejn l-2008 u l-2011, il-Knisja f’Malta rnexxielha tirreġistra riżultati finanzjarji pozittivi għas-sena 2012…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Ottubru
  • Luqa 12, 35-38

    “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula;  kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.  Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom.  U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma! …

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Moviment ta’ Kana dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jirregola l-Unjonijiet Ċivili

  • Stqarrija mill-Moviment ta’ Kana dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jirregola l-Unjonijiet Ċivili

  • Il-Moviment Kana, li ilu jagħti servizz favur iż-żwieġ u l-familji Maltin, studja l-abbozz ta’ liġi propost mill-Gvern biex jirregola l-unjonijiet ċivili u jemmen illi:

    1.         Id-dibattitu dwar dan is-suġġett għandu jkun il-ħin kollu ggwidat mill-prinċipju li kull persuna kemm eterosesswali kif ukoll omosesswali jew ta’ xi orjentament sesswali ieħor, għandha tiġi trattata b’rispett u b’dinjità…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Ottubru
  • Luqa 12, 13-21

    Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.” U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu…

  • Kompli aqra »