Arkivji mensili: Ottubru 2013

21 – 27 ta’ Ottubru

  • 21 – 27 ta’ Ottubru
  • It-Tnejn          

    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żurrieq.

    7.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, fil-Knisja Parrokjali taż-Żurrieq.

    It-Tlieta          

    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal mill-iskola ta’ St. Elmo, fil-Kurja.

    L-Erbgħa

    10.00 a.m…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Ottubru
  • Id-29 Ħadd ta’ matul is-sena

    Luqa 18, 1-8

    Mbagħad Ġesu qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu, ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’ Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal, ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejjqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’ ” U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid  l-imħallef il-ħażin…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 19 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum: 19 ta’ Ottubru
  • Luqa 12,8-12

    “U ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.  U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux.  Meta jeħdukom quddiem is-sinagogi u l-kapijiet u s-setgħat, toqogħdux tħabblu raskom kif sejrin twieġbu jew x’sejrin tgħidu, għax l-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu.”

    Il-Qaddis tal-jum: San Ġwann le Brebeuf u Sħabu

  • Kompli aqra »

DISCERN Gaudium et Spes Lecture 2013

  • DISCERN Gaudium et Spes Lecture 2013

  • On Wednesday 23rd October 2013, at 7 p.m., the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing a lecture at the Hotel Phoenicia, on the theme ‘Oscar Romero – Witnessing to Faith and Promoting Justice’. The guest speaker will be Dr Julian Filochowski MA (Cantab), C.M.G., O.B.E., Chair of the Archbishop Romero Trust in England and Former Director of CAFOD…

  • Kompli aqra »

Tliet Kappillani Ġodda

  • Tliet Kappillani Ġodda
  • Waqt is-47 Kapitlu tal-Provinċja Dumnikana Maltija li sar dawn l-aħħar ġimgħat, P. Michael Camilleri OP, P. Joe Cilia OP u P. Vince Micallef OP ġew appuntati bħala kappillani ġodda tal-parroċċi dumnikani tal-Belt Valletta, Sliema u Gwardamanġa rispettivament.

    Patri Michael M. Camilleri OP twieled fit-23 ta’Frar 1966, f’tal-Pietà.  Attenda l-iskola primarja f’tal-Pietà, u mbaghad dik sekondarja fil-Kulleġġ ta’ S…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-pussess ta’ Patri Manwel Abela OFM Cap bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-pussess ta’ Patri Manwel Abela OFM Cap bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann

  • 13 ta’ Ottubru 2013

    Ħuti, fil-Vanġelu tal-lum (Lq 17, 11-19) għandna r-rakkont tal-fejqan ta’ għaxar morda bil-lebbra bil-Malti konna ngħidulhom imġiddmin…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ikompli iż-Żjara Pastorali fiż-Żurrieq

  • L-Arċisqof ikompli iż-Żjara Pastorali fiż-Żurrieq

  • Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru 2013, l-Arċisqof żar il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien u iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-koppju mexxejja, bħal parti miż-Żjara Pastorali, fil-parroċċa taż-Żurrieq…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Ottubru
  • Luqa 10, 1-9

    Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar l-iżvilupp sostenibbli

  • Dokument ta’ Fehma mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar l-iżvilupp sostenibbli
  • L-istqarrija tiffoka partikolarment fuq il-ħtieġa urġenti li kull żvilupp f’pajjiżna jkun sostenibbli. Fl-imgħoddi, stili ta’ ħajja u modi ta’ ħsieb żbaljati dwar x’inhu żvilupp, taw lok għal deċiżjonijiet li spiss kellhom impatt negattiv qawwi fuq il-kwalità ta’ ħajjitna. Għaldaqstant hemm bżonn ta’ direzzjoni ċara fejn il-ġid komuni jgawdi prijorità assoluta. Waqt li tilqa’ bi pjaċir id-deċiżjoni li l-iżvilupp sostenibbli issa ngħata prominenza fil-livell ta’ portafoll ministerjali, il-KA tħoss li għad fadlilna x’nagħmlu sabiex dan isir prijorità nazzjonali…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Ottubru
  • Luqa 11, 47-54

    Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kull ma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra. Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal, ‘Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom.’ U hekk dan in-nisel ikollu jagħti kont ta’ demm il-profeti kollha li nxtered sa mill-ħolqien tad-dinja, ibda mid-demm ta’ Abel sad-demm ta’ Żakkarija, li qerduh bejn l-altar u s-santwarju…

  • Kompli aqra »