Arkivji mensili: Novembru 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Novembru
  • Luqa 19,45-48

    Mbagħad daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ‘l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub, ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin! U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Novembru
  • Prezentazzjoni tal-Verġni Marija

    Luqa 19,41-44

    Wasal qrib il-belt u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “M’hux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawwruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek !”

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet għall-festa ta’ Kristu Re

  • Ċelebrazzjonijiet għall-festa ta’ Kristu Re

  • Fi tmiem din il-ġimgħa, il-Knisja tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjonijiet ser isiru fuq tlett ijiem: il-Ġimgħa ser issir attività għall-adoloxxenti, is-Sibt ser issir attività għat-tfal, filwaqt li l-Ħadd ser issir ċelebrazzjoni Djoċesana li għaliha kulħadd huwa mistieden…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Novembru
  • Luqa 19,11-28

    Huma u jisimgħu dan, Ġesù żied jgħid parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu, ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jibda Żjara Pastorali ġewwa Ħad-Dingli

  • L-Arċisqof jibda Żjara Pastorali ġewwa Ħad-Dingli

  • Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Creamona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad Dingli, fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Novembru
  • Luqa 19, 1-10

    Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri  ‘l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi…

  • Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • Is-Sibt 16 ta’ Novembru

    6.30 p.m.             L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knsija Parrokkjali fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali u wara jiltaqa man-nies.

    Il-Ħadd 17 ta’ Novembru

    11.00 a.m.             L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Novembru
  • Dedikazzjoni tal-Basilika ta’ S Pietru u S Pawl

    Mattew 14, 22-33

    Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”  Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newwlulu nbid qares  u qalulu: “Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!” Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, ‘Dan huwa s-sultan tal-Lhud.’ Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajjru u jgħidlu: “Int m’intix il-Messija? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Novembru
  • It-33 Ħadd ta’ matul is-sena

    Luqa 21, 5-19

    Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom:  “Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? …

  • Kompli aqra »