Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-30 ta’ Jannar

Mark 4,1-20

Raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’. Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; meta mbagħad telgħet ix-xemx, nħarqu u nixfu, billi ma kellhomx għeruq… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Festa ta’ S. Franġisk de Sales, Padrun tal-Ġurnalisti

Leħen is-Sewwa, Istitut Kattoliku, il-Furjana

25 ta’ Jannar 2013

Ħuti, hemm żewġ modi kif aħna nikkunsidraw il-bnedmin. Meta qed nitkellmu fuq il-ġurnaliżmu, nistgħu nibdew mill-ġurnaliżmu, u ngħidu ġurnaliżmu li huwa kattoliku. Imma llum aħna qegħdin infakkru l-konverjoni ta’ S. Pawl u allura kont inbiddilha jiena; kont ngħid Kattoliku, Kristjan li huwa ġurnalist. Jiġifieri il-punt tat-tluq li aħna qegħdin nitkellmu fuqu huwa propju l-fatt li hu nisrani, li ghandu l-fidi tiegħu hija qawwija, li mbagħad jagħti lilu nnifsu biex ikun jista’ jwassal il-kelma bħala ġurnalist… Kompli aqra »

Direttivi lill-Kleru u lir-Reliġjużi dwar l-elezzjoni

Ċirkulari tal-Kurja tal-Arċisqof, maħruġa mill-Isqof Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali tgħid li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. jixtieq ifakkar li, sabiex is-Saċerdoti u r-Reliġjużi kollha jkunu jistgħu jaqdu dejjem tajjeb il-missjoni tagħhom fil-Knisja u fis-Soċjetà, u jibqgħu dejjem sinjal u strument ta’ għaqda u mħabba fil-komunità:

1) F’ebda żmien m’għandhom jattendu ‘meetings’ u attivitajiet oħra politiċi.

2) Skond in-Normi tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-użu ta’ mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, m’għandhomx jieħdu sehem fi programmi jew xandiriet politiċi, jew jiktbu f’gazzetti jew perjodiċi politiċi, jew jieħdu sehem f’’programmi mxandra fuq stazzjonijiet ta’ radju jew televiżjoni mmexxija minn partiti politiċi, ħlief biss fejn is-sehem jew programm tagħhom ikun ta’ natura reliġjuża u bil-permess ta’ l-Ordinarji tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-29 ta’ Jannar

Mark 3,31-35

Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. “Ara”, qalulu, “ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?” Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

Skejjel tal-Knisja: Postijiet vakanti Każijiet Umanitarji Gravi – It-Tielet Kriterju

1. F’Novembru 2012 intlaqgħu l-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju tal-Każijiet Umanitarji Gravi.  Minn dakinhar ‘l hawn, dawn il-każijiet ġew ipproċessati.

B’riżultat ta’ dan ix-xogħol nistgħu ninfurmaw lil dawk li se japplikaw għal Każ Umanitarju Gravi, għax it-tifel jew tifla għandu/ha bzonn ta’ LSA, li baqa’ ftit postijiet fl-iskejjel imsemmija hawn taħt:

1.1 fl-ewwel sena Kindergarten subien u bniet l-iskejjel huma:

St… Kompli aqra »

Anġelus: Jum il-Ħadd bħala Jum il-Mulej

Pope in St Peter's Square

“X’ifisser għalina l-Ħadd, jum il-Mulej? Huwa jum ta’ mistrieħ u jum għall-familja, l-ewwel u qabel kollox pero, jum iddedikat għalih”. Dan kien il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI ftit wara li huwa lesta jitlob it-talba tal-angelus ma’ dawk miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, fil-maġġorparti tagħhom ċittadini ta’ Ruma.

Kienet ġurnata li fakkret bosta anniversarji: it-tifkira tal-Olokawst internazzjonalment, it-tifkira tal-jum dinji ta’ talb għall-Art Imqaddsa, u t-tifkira tal-jum dinji tal-marda tal-lebbra… Kompli aqra »

Quddiesa għall-ġurnalisti

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2013, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales, patrun tal-ġurnalisti, id-direzzjoni ta’ Leħen is-Sewwa orġanizzat quddiesa għall-ġurnalisti. Din ġiet ċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-28 ta’ Jannar

Mark 3,22-30

Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan għandu fih lil Begħelżebul,” u wkoll, “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

28 Jannar – 3 Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa fir-residenza tiegħu ma’ membri tal-Christ Our Neighbour Group.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Ordni ta’ San Lazzaru, l-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi r-raba’ Laqgħa Distrettwali għas-saċerdoti, fid-Dar Porzjuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-27 ta’ Jannar

It-Tielet Hadd ta’ Matul is-Sena

Luqa 1,1-4,4,14-21

Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħu fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri  tal-kelma. Hekk ukoll jien, għażiż Teofilu, wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kull ma ġara sa mill-bidunett, deherli li għandi niktiblek kollox ħaġa b’ħaġa, biex tagħraf sewwa l-verità sħiħa dwar kull ma tgħallimt… Kompli aqra »