Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-22 ta’ Jannar

Mark 2,23-28

Ġara li darba s-Sibt kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u  d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara, għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?” U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu?” U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ ta’ Fidi f’Birkirkara

Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi se jsir Pellegrinaġġ ta’ Fidi nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2013 fis-7.15 p.m. bis-sehem ta’ Unita’ Pastorali 3. Dawn jinkludu l-Parroċċi ta’ Sant’ Elena, ta’ Santa Marija, ta’ San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara, flimkien mal-Parroċċi ta’ Fleur De-Lys u l-Parroċċa tas-Swatar.

Il-Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Pawl jibda fil-pjazza ta’ wara l-istabbiliment Mc Donalds u jkompli b’mixja lejn il-Bażilika ta’ Sant’Elena… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji miżżewġin li żżewġu fl-2012

Nhar is-Sibt 19 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewgu matul l-2012. Il-quddiesa, li ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Fl-24 ta’ Frar, fis-6.30 pm, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li se jiżżewgu din is-sena.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof lill-koppji li żżewġu fl-2012

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Papa jappella għall-paċi

Pope in St Peter's Square

Il-Papa Benedittu XVI jappella għal tmiem il-kunflitti madwar id-dinja. Fil-messaġġ tiegħu lill-pellegrini u dawk kollha miġbura fi Pjazza San Pietru l-Ħadd għar-reċita tat-talba tal-Angelus, il-Kap tal-Kattoliċi talab b’mod speċjali għall-waqfien tal-qtil ta’ innoċenti u għall-waqfien tal-kunflitti li għaddejjin bħalissa f’diversi postijiet fid-dinja. Kompla jgħid li “hemm bżonn tieqaf il-vjolenza kollha, ejja nsibu l-kuraġġ niddjalogaw u ninnegozjaw”.

L-appell ta’ paċi wasal mill-Papa fil-kuntest ta’ riflessjoni dwar il-ħtieġa dejjem tikber biex tkun stabbilita l-għaqda tal-insara, li Kristu stess jixtieq għall-Knisja tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Jannar

St Mark 2,18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli  tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb ta’ l-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom m’humiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar… Kompli aqra »

Jannar 21-27

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-Ċentru tal-Katekizmu tas- Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tat-Trinita’ Qaddisa fil-Marsa.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kommunita’ tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, l-Marsa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Marsa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Jannar

It-Tieni Hadd ta’ Matul is-Sena

Ġwanni 2,1-11

Fit-tielet jum sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid.”  U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.” Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.” Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji miżżewġa

Is-Sibt 19 ta’ Jannar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2012. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Fi Frar, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena. Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana. Kompli aqra »

1,562 żwieġ fil-Knisja f’Malta fl-2012

In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012 kien ta’ 1,562. Din timmarka żieda marġinali fuq is-sena ta’ qabel (2011) meta ġew irreġistrati 1,520 żwieġ.

Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2012, 1,351 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 74 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk:  40 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 21 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 13-il żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Jannar

Mark 2,13-17

Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »