Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi se jsir Pellegrinaġġ ta’ Fidi nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2013 fis-7.15 p.m. bis-sehem ta’ Unita’ Pastorali 3. Dawn jinkludu l-Parroċċi ta’ Sant’ Elena, ta’ Santa Marija, ta’ San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara, flimkien mal-Parroċċi ta’ Fleur De-Lys u l-Parroċċa tas-Swatar.

Il-Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Pawl jibda fil-pjazza ta’ wara l-istabbiliment Mc Donalds u jkompli b’mixja lejn il-Bażilika ta’ Sant’Elena. Fid-dħul fil-Bażilika se ssir l-istqarrija tal-fidi.