Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 5-11

    Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?” Qalilhom: “Araw li ma titqarrqux…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi

  • Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi
  • Parrocca Sidtna Marija Mtella’ s-Sema, Mosta

    24 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

    Ħuti,

    Illum ġejna hawnhekk biex infakkru żewġ avvenimenti: l-ewwelnett sena speċjali li tiġi fi tmiemha llum, jiġifieri s-Sena tal-Fidi, u qegħdin niċċelebraw ukoll lil Kristu li huwa Sultan tal-ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita’
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann

    12 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta,

    Ħuti, aħna ġejna għal din l-quddiesa biex l-universita` kollha, kemm dawk li jgħallmu, kemm dawk li marru biex jitgħallmu, illum jirringrazzjaw lil Alla f’dawn il-ġranet tal-gradwazzjoni. Imma jiena naħseb li ma nistgħux nieqfu hemm. Jien nimmaġina lil Alla jirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli t-talenti li takom ma ħlejtuhomx, talli kontu lesti tagħmlu s-sagrifiċċji biex l-għerf li takom il-Mulej iġġubuh għall-għarfien tiegħu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2013 saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re għall-adolexxenti bl-isem ‘Meeteen’ fil-Kumpless Ġwanni Pawlu II, fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Ħ’Attard. It-tema għal din l-attività kienet ‘Follow Him’, organiżżata miż-ŻAK Siġġiewi li ħejjew programm interattiv għall-adolexxenti ta’ bejn 12 u 16-il sena…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal subien li jattendu l-MUSEUM u il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali f’Ħad-Dingli

  • L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal subien li jattendu l-MUSEUM u il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali f’Ħad-Dingli

  • It-Tnejn 18 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof  iltaqa’ mat-tfal miċ-Ċentru tal-MUSEUM tas-subien, bħala parti mill-Viżta Pastorali, f’Ħad-Dingli…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 1-4

    Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar  tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti  miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix.”

    Il-Qaddisa tal-jum: Santa Katerina tal-Ixandra

  • Kompli aqra »

25 ta’ Novembru – 1 ta’ Diċembru

  • 25 ta’ Novembru – 1 ta’ Diċembru
  • It-Tnejn          

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Tfal, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.

    7.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali ta’ Ħad-Dingli.

    It-Tlieta          

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.

    7.15 p.m.         L-Arċisqof imexxi velja għas-saċerdoti f’għeluq is-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Novembru
  • Festa ta’ Kristu Re

    Luqa 23, 35-43

    Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”  Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newwlulu nbid qares  u qalulu: “Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!” Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, ‘Dan huwa s-sultan tal-Lhud.’ Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajjru u jgħidlu: “Int m’intix il-Messija? …

  • Kompli aqra »