• L-Arċisqof jordna erba’ djakni

  • Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ordna erba’ djakni ġodda fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen Birzebbuga. L-erba’ djakni ġodda huma Fra Christian A. Borg mill-Ordni tal-Franġiskani Konventwali; is-Seminarista Luke Cutajar mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat; Fra Joseph Formosa mill-Ordni tal-Franġiskani Konventwali u s-Seminarista Brian Gialanzè mill-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuga.

  • Ritratti: Photocity

    ​www.photocitymalta.com