Yearly Archives: 2013

Assemblea Djoċesana 2013

  • Assemblea Djoċesana 2013

  • L-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta, flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., nġabru fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara, għall-avveniment annwali tal-Assemblea Djoċesana. L-Assemblea, ippreseduta mill-Arċisqof, iffukat fuq il-bżonn kontinwu li il-ħidma pastorali f’oqsma partikolari tiġi aġġornata għaż-żminijiet tal-lum…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Ottubru
  • Luke 10, 25-37

    Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?” Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” “Sewwa weġibt,” qallu Ġesù,”agħmel hekk u tgħix.” Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Ottubru
  • Is-27 Ħadd ta’ matul is-sena

    Luqa 17, 5-10

    L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra  tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom. “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Ottubru
  • Luqa 10, 17-24

    It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej,ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek!” U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema.  Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta’ l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub  fis-smewwiet.” F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin…

  • Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2013

  • Assemblea Djoċesana 2013

  • Bejn illum, il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru u għada s-Sibt 5 ta’ Ottubru, il-Knisja f’Malta ser tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana. Dan l-avveniment annwali jiġbor flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., lil dawk responsabbli mill-oqsma kollha tal-Knisja.

    It-temi li ser jiġu diskussi waqt l-Assemblea Djoċesana 2013 huma: “lejn ħidma pastorali integrata fil-qasam taż-żwieġ u l-familja”, u “il-katekeżi tat-tfal: sfidi u direzzjoni għall-ġejjieni”…

  • Kompli aqra »

Sena Pastorali ġdida ġewwa l-Oratorju MSSP B’Kara

  • Sena Pastorali ġdida ġewwa l-Oratorju MSSP B’Kara
  • Għadu kif ingħata bidu għal Sena Pastorali ġdida ġewwa l-Oratorju MSSP B’Kara – Ċentru Kateketiku u Liturgiku ghall-Adulti, Żgħazagħ u tfal.

    Minn qalbna nixtiequ nistiednu lil dawk kollha interessati, individwi kif ukoll gruppi, biex jigu jingħaqdu magħna u jipparteċipaw flimkien magħna fil-funzjonijiet liturgiċi u l-attivitajiet li jittellgħu matul is-sena ġewwa l-Oratorju MSSP…

  • Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Ottubru

  • 7 – 13 ta’ Ottubru

  • It-Tnejn         

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.

    It-Tlieta         

    8.00 a.m.         L-Arċisqof iżur il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi fl-okkazzjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-iskola…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Ottubru
  • Mattew 11, 25-30

    F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza
  • St. John’s Concathedral
    21 September 2013

    Ħuti,

    Minn meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza u l-avvenimenti politiċi li ġraw wara – it-13 ta’ Diċembru u l-31 ta’ Marzu – Malta mhux biss saret ħielsa, iżda żdiedu u kibru r-responsabbiltajiet fit-tmexxija tal-pajjiż. Fil-fatt illum kibret il-parteċipazzjoni politika u jsiru ħafna diskussjonijiet fuq l-ekonomija, l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa, u affarijiet li jwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Ottubru
  • Luqa 10, 1-12

    Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd…

  • Kompli aqra »