Yearly Archives: 2013

Ħatra tal-Arcisqof Joseph Spiteri bħala Nunzju Appostoliku fil-Kosta tal-Avorju

  • Ħatra tal-Arcisqof Joseph Spiteri bħala Nunzju Appostoliku fil-Kosta tal-Avorju
  • The Holy Father has appointed Mons. Joseph Spiteri Titular Archbishop of Serta as Apostolic Nuncio for the Holy See to Ivory Coast. 

    Archbishop Joseph Spiteri was born in Sliema in 1959 and ordained to the priesthood in 1984. In 2009 he was appointed Titular Archbishop of Serta and Apostolic Nuncio in Sri Lanka where he has been serving to date…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Ottubru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Ottubru
  • Luqa 9, 51-56

    Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom…

  • Kompli aqra »

Id-data tal-Kanonizazzjoni tal-Papiet Ġwanni Pawlu II u Ġwanni XXIII mħabbra

  • Titħabbar id-data tal-Kanonizazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Papa Ġwanni XXIII
  • 30th September 2013 – Vatican Radio

    Pope Francis on Monday morning held the Public Ordinary Consistory for the forthcoming Canonization of Blessed Pope John XXIII and Blessed Pope John Paul II. During the course of the Consistory in the Vatican’s Consistory Hall, the Pope decreed that his two predecessors will be raised to Sainthood on April 27, 2014, the day on which the Church celebrates the Second Sunday of Easter and Divine Mercy…

  • Kompli aqra »

Jibda jitqassam id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2014

  • Jibda jitqassam id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2014
  • 26 ta’ Settembru 2013

    Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2014 qed jitqassam bħalissa f’kull dar ta’ Malta u Għawdex. Il-kumpanija Maltapost ġentilment offriet li tqassam mingħajr ħlas id-djarji fid-djar kollha.  F’dawn l-aħħar ġimgħatejn għadd kbir ta’ volontiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f’envelopes apposta.  Bħal fis-snin l-imgħoddijja, minbarra l-kalendarju dettaljat, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes kollha ta’ Malta u G]awdex…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jinawgura s-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana

  • L-Arċisqof jinawgura s-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana

  • Fil-messaġġ tiegħu lil dawk kollha li jagħtu sehem fil-Moviment ta’ Kana, l-Arċisqof tkellem dwar l-importanza li ż-żwieġ Nisrani jkun fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Knisja partikolarment għaliex hija waħedha fis-soċjetà Maltija li tħejji lill-koppji għaż-żwieġ…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 30 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Settembru
  • Luqa 9, 46-50

    Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu,  u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.” Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min m’huwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

    Il-Qaddisin  tal-jum: San Frangisk ta’ Borgia

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 29 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Settembru
  • Is-26 Ħadd ta’ matul is-sena

    Luqa 16,19-31

    “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 28 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Settembru
  • Luqa 9, 43-45

    Waqt li kulħadd kien qiegħed jistagħġeb b’kull ma kien qiegħed jagħmel, Ġesù qal id-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal…

  • Kompli aqra »

30 ta’ Settembru – 6 ta Ottubru

  • 30 ta’ Settembru – 6 ta Ottubru
  • It-Tnejn         

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta         

    4.00 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

    L-Erbgħa

    9.30 a.m.         L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Justin Welby, Isqof ta’ Caterbury, għal żjara ta’ kortezija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »

23 – 29 ta’ Settembru

  • 23 – 29 ta’ Settembru
  • It-Tnejn         

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta         

    8.45 a.m.         L-Arċisqof jattendi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, Ħ’Attard.

    3.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

    6.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi Purċissjoni u jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tal-Adorazzjoni Perpetwa fiċ-Ċentru Annunzjata, il-Furjana…

  • Kompli aqra »