Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Dicembru
  • Mattew 11, 28-30

    “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

    Il-Qaddis tal-jum: San Damaso I Papa

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Dicembru
  • Mattew 18,12-14

    “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq  l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu. Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Dicembru
  •  
    Festa tal-Immakulata Kuncizzjoni
    Luqa 1, 26-38

    Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

9 – 15 ta’ Diċembru

  • 9 – 15 ta’ Diċembru

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju tal-Klarissi, San Ġiljan.
     
    It-Tlieta          
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti fil-Konkatidral ta San Ġwann, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Dicembru
  • It-Tiena Ħadd tal-Avvent
    Matthew 3, 1-12

    F’dawk il-jiem deher Ġwanni l-Battista jippriedka fid-deżert tal-Lhudija u jgħid: “Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet’. Għax għalih kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal, Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.’ Dan Ġwanni kellu fuqu libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u l-ikel tiegħu kien ġradijiet u għasel selvaġġ…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Dicembru

  • Mattew 9, 35-10,1,6-8

    Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj…

  • Kompli aqra »

Make My House a Home

  • Make My House a Home

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2013, L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-istudenti u voluntiera li qed jieħdu sehem fil-kampanja ‘Make my house a home’,  fuq il-campus tal-Università…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tat-tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tat-tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14
  • Birkirkara: San Ġużepp Ħaddiem
    1 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, waqt li konna qed nisimgħu l-introduzzjoni, aħna smajna li llum hija ġurnata speċjali għaż-żgħażagħ għaliex il-Papa kull sena jagħti tema liż-żgħażagħ biex tul dik is-sena huma jikbru fil-fidi tagħhom. U din  is-sena liż-żgħazagħ tahom beatitudni. Beatitudni hija l-kliem li qal Sidna Ġesù Kristu meta fil-bidu tal-ministeru tiegħu tela’ fuq għolja u minn dik il-għolja qalilhom tmien beatitudnijiet (Mt 5,3-12).  Jissejħu beatitudnijiet għaliex kull sentenza tibda bil-kelma ħenjin…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Akkolitat lil Carlo Calleja, Christopher Ellul u Mark Zammit

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Akkolitat lil Carlo Calleja, Christopher Ellul u Mark Zammit
  • Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema
    29 ta’ Novembru 2013

    Ħuti, is-saċerdozju fih żewġ mumenti. L-ewwel mument huwa meta Alla jsejjah lil persuni, dawk li jrid hu. Qalilna: mhux intom għażiltu lili imma jiena għażilt lilkom (Ġw 15, 16). U t-tieni mument hija li din is-sejħa tiftaħ mixja biex wieħed jasal lejn il-presbiterat jew is-saċerdozju ministerjali…

  • Kompli aqra »