Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Mejju

Gwann 16, 23-28

F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom.  Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. “Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.  Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma diversi kummissjonijiet parrokkjali fil-Ħamrun

Matul il-Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ ma diversi kummissjonijiet parrokkjali.

Nhar il-Ħadd 28 t’April, l-Arċisqof iltaqa’ mal-kummissjoni Djakonija fid-dar parrokkjali. It-Tnejn 29 t’April, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti fiċ-Ċentru tal-Katekiżmu. Ftit wara ltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, u mal-Kummissjoni taċ-Ċentru tal-Katekeżi, Tas-Sliema.

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Mejju, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija u l-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru tal-katekiżmu u l-Ġimgħa 3 ta’ Mejju huwa ltaqa’ Ministri tal-Evanġelizzazzjoni fiċ-Ċ!entru tal-Katekiżmu… Kompli aqra »

Bergoglio dwar kif ix-xjenza tista’ toħloq monstru

Bergoglio's book

B’edukazzjoni speċjalizzata kemm fil-kemistrija u t-teoloġija, Papa Franġisku huwa midħla sew tar-relazzjoni bejn ix-xjenza u l-fidi. “Ix-xjenza għandha awtonomija li trid tiġi rispettata u inkoraġġita”. Hekk kien kiteb Jorge Bergoglio fil-ktieb “On Heaven and Earth: Pope Francis on Faith, Family and the Church in the 21st Century”  ippubblikat f’April li għadda. Bergoglio fisser li “mhemmx raġuni għax wieħed għandu jfixkel l-awtonomija tax-xjentisti, minbarra meta dawn jidħlu f’dak li hu traxxendenti”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Mejju

Gwann 16, 20-23

Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »

Titħassar il-festa ta’ San Katerina fiż-Żejtun

Wara li tħabbret il-mewt għall-għarrieda ta’ Dun Eric Overend, Arċipriet taż-Żejtun, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., permezz ta’ Dun Gino Gauci bħala Amministrattur Parrokkjali, għamel konsultazzjoni mal-kleru tal-parroċċa, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Għaqda tal-Armar, mas-Soċjetà Mużikali Beland, mal-Banda Żejtun u mal-Grupp tan-Nar, dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa Santa Katarina li kellha tkun iċċelebrata fil-Parroċċa taż-Żejtun fis-16 ta’ Ġunju 2013.

Wara l-konsiderazzjoni meħtieġa, u wara li s-Soċjetajiet tal-Banda, tal-Armar u tan-Nar qablu li jħallu f’idejn l-Awtorità tal-Knisja, l-Arċisqof dehrlu li huwa l-aktar xieraq li b’rispett lejn il-memorja tal-Arċipriet Overend, għal din is-sena, jitħassru ċ-ċelebrazzjonijiet kollha li s-soltu jsiru fil-knisja u fit-toroq… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-għoti tal-Ministeru tad-Djakonat lil Clinton Farrugia MSSP

Katidral, l-Imdina

28 ta’ April 2013

Ħuti, biex aħna nkunu nistgħu ngħixu l-ħajja nisranija, għandna bżonn f’kull stadju l-għajnuna tal-grazzja t’Alla. U għalhekk il-Mulej permezz tal-Knisja tana s-sebgħa sagramenti; dawn mhuma xejn ħlief grazzja li l-Mulej jagħtina, per eżempju meta aħna nitwieldu, bil-Magħmudija jkollna grazzja li aħna ngħixu ta’ wlied Alla, u hekk jiġri permezz tas-sagramenti l-oħra… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-uniku difiża kontra x-xitan u l-mibgħeda hi l-Kelma t’Alla

Pope Francis and a Swiss Guard

Waqt iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika fid-Domus Sanctae Marthae mal-membri tal-Gwardja Svizzera, il-Papa qal li “d-djalogu ma’ jaħdimx max-xitan. L-uniku difiża hija l-Kelma t’Alla, l-umilta speċjalment b’reazzjoni għal ħidmiet ta’ mibgħeda u persekuzzjoni. L-umilta u s-sens ta’ sottomissjoni huma armi li ix-xitan u l-ispirtu tad-dinja ma jittollerax. Dan għaliex ix-xitan iressaq proposti marbuta mal-poter fid-dinja, proposti ta’ vanita, proposti għal rikkezzi”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Mejju

Gwann 16, 16-20

“Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u li ‘Jiena sejjer għand  il-Missier’?” Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? … Kompli aqra »