Yearly Archives: 2013

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal miċ-Ċentri tal-Katekiżmu, f’Tas-Sliema

Nhar is-Sibt, 27 ta’ April 2013, l-Arċisqof ltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bl-Ingliż, fil-parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema. Nhar it-Tnejn, 29 ta’ April 2013, l-Arċisqof ltaqa’ wkoll mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bil-Malti, tas-Sliema.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

“Immorru bil-Ferħ għand Ġesù”

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal għal darba oħra tixtieq tistieden it-tfal kollha ta’ Malta biex jingħaqdu magħha għall-attivtà li ser issir nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju ġewwa l-park ta’ Ta Qali faċċata tal-Adventure Park. L-attività tibda fl-4.30pm u tispiċċa għall-ħabta ta’ 6.00pm. Flimkien se nagħmlu esperjenza sabiħa mal-mama’ tagħna tas-sema Marija. Din l-attività ser tkun imtella mit-tfal għat-tfal u għalhekk flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Tfal ser jipparteċipaw diversi Kummissjonijiet tat-tfal li twaqqfu f’Malta matul din is-sena… Kompli aqra »

Bergoglio kien qal li l-korruzzjoni agħar mid-dnub għax titwebbes il-qalb għal Alla

Meta kien għadu Kardinal, Jorge Mario Bergoglio, illum Papa Franġisku, kien qal li l-korruzzjoni hi agħar minn kull dnub ieħor minħabba li twebbes il-qalb kontra s-sens ta’ mistħija jew is-sens ta’ ħtija u twebbes il-qalb għas-sejħa ta’ Alla għall-konverżjoni. Qal li s-sitwazzjonijiet tad-dnub u l-istat tal-korruzzjoni huma żewġ realtajiet distinti, anki jekk intimament marbutin. Dawn il-kummenti tal-Papa Bergoglio sabu posthom f’fuljett oriġinalment ippubblikat fl-2005.

Bit-titlu “Corruption and Sin: Reflections on the Theme of Corruption”, il-fuljett kien ibbażat fuq artiklu li hu stess kien kiteb fl-1991 quddiem l-iskandlu tal-awtoritajiet lokali fl-Arġentina li kienu pruvaw jgħattu l-mewt ta’ tfajla minħabba li l-missirijiet ta’ dawk li qatluha kellhom rabtiet mal-politiċi u l-gvernatur lokali… Kompli aqra »

“Kien qassis altruwist, dejjem ħadem għall-għaqda”

Dawn kienu l-kliem tan-nies li saru jafu mill-qrib lil Fr. Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun, waqt il-quddiesa tal-funeral tiegħu, ilbieraħ l-1 ta’ Mejju 2013, fil-Knisja Parrokkjali. It-tebut tiegħu kien akkumpanjat minn ommu Carmen, li ħalliet din il-ħajja jumejn qablu.

Knisja mimlija bin-nies, siekta, u mingħajr kliem, irriflettiet fuq il-ħidma ta’ Fr Eric fl-appostolat tiegħu: maż-żgħażagħ, mal-familji, mal-koppji, mas-semmiegħa tar-Radju, u ma’ dawk kollha li kellhom bżonn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Mejju

Ġwann 15, 9-11

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

Il-Qaddis tal-jum: Sant Atanasju Kompli aqra »

Appelli għall-inklużjoni tal-fqar fil-miri tal-iżvilupp sostenibbli

Archbishop Francis Chullikatt

In-Nunzju Appostoliku għall-missjoni ta’ osservatur permanenti fi ħdan is-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, l-Arċisqof Francis Chullikatt, indirizza grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-iżvilupp sostenibbli. Il-grupp ta’ ħidma iffoka fuq l-implimentazjoni tal-miri għall-iżvilupp sostenibbli li tfasslu fil-Konferenza Rio+20, fil-Brażil fuq firxa ta’ disat ijiem.

L-Arċisqof li fl-indirizz tiegħu iffoka fuq l-iskambju interattiv ta’ ideat dwar l-eradikazzjoni tal-faqar, qal li ċ-ċentralita tal-qerda tal-faqar hi essenzjalment ‘imperattiv morali’ fl-indirizz ta’ kull xorta ta’ faqar preżenti fil-familja umana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Mejju

Mattew 13, 54-58

Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? … Kompli aqra »

Appell għall-paċi fis-Sirja

Syria conflict

L-Arċisqof Kattoliku ta’ Westminister, Vincent Nichols, u l-mexxej tal-komunita Anglikana, l-Arċisqof Justin Welby ta’ Canterbury, irreferew għall-vjolenza fis-Sirja u qalu li sa mill-ewwel jiem tal-kunflitt fil-pajjiż f’Marzu 2011, ma waqfux jitolbu quddiem eskalazzjoni ta’ vjolenza u mwiet. B’referenza għall-ħtif ta’ żewġ isqfijiet metropolitani f’Aleppo u l-qtil ta’ xufier waqt missjoni umanitarja, l-esponenti taż-żewġ Knejjes qalu li dan hu sinjal ieħor ta’ ċirkostanzi terribbli li qed ikomplu jtaqqlu lill-poplu Sirjan… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tal- Madonna ta’ Liesse

Knisja Madonna ta’ Liesse, Valletta

20 ta’ April 2013

Ħuti, aħna lkoll nafu li Marija, il-Madonna, hija l-isbaħ dixxiplu tal-Mulej; għaliex hija l-ikbar dixxiplu tal-Mulej? Għal tlett raġunijiet. L-ewwelnett irridu nimmaġinaw xi tfisser tgħix 30 sena ma’ Sidna Ġesù Kristu. Min jaf kemm qalilha veritajiet li wara kellu jgħidhom lill-appostli. Imma jiena ċert li f’dawk it-30 sena kien għallimha dawk il-veritajiet profondi tal-fidi tagħna… Kompli aqra »