Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Marzu

Luqa 13, 1-9

Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm ? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2ta’ Marzu

Luqa 15, 1-3.11-32

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun

L-Erbgħa 27 ta’ Frar

11.00 a.m.          L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt 2 ta’ Marzu

6.30 p.m.            L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu

9.00a.m.             L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja ta’ San Franġisk u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Jintemm il-Pontifikat ta’ Benedittu XVI

Benedictus XVI bidding farewell…Now Pope emeritus

Wara tminn snin fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika, il-Papa Benedittu XVI temm b’mod uffiċjali l-Pontifikat tiegħu. B’hekk, il-Vatikan issa jinsab fi stat ta’ “Sede Vacante”. Dan sakemm il-Kardinali jiltaqgħu fil-Konklavi biex jaħtru Papa ġdid. Mat-tmiem dan il-pontifikat fit-8pm tal-Ħamis, l-aħħar jum ta’ Frar 2013, il-gwardji Svizzeri ssiġillaw l-appartament tal-Papa u nqered iċ-ċurkett, kif inhi l-proċedura ta’ meta jmut Papa. Id-data tal-konklavi għadha mhix magħrufa… Kompli aqra »

Ir-rinunzja mill-Ministeru Petrin tal-Papa Benedittu XVI u l-Elezzjoni ta’ Papa ġdid

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2013, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna ser jiċċelebraw Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla għas-servizz li l-Papa Benedittu XVI ta lil Kristu, lill-Knisja, u lill-familja kollha umana tul il-pontifikat tiegħu.

F’din il-Quddiesa se jsir ukoll talb biex il-Mulej jagħti lill-Knisja suċċessur ta’ Pietru, Vigarju ta’ Kristu u ragħaj tal-Knisja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1ta’ Marzu

Mattew 21, 33-43, 45-46

“Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawwtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-kappella tas-Samra

Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fil-kappella tas-Samra u wara iltaqa’ man-nies, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali fil-Ħamrun

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Frar l-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fid-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Erba’ Kandidati ġodda għas-Saċerdozju

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa li fiha erba’ seminaristi ser jitolbu lill-Knisja biex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fis-6.30 p.m.

L-erba’ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi u Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien… Kompli aqra »