Yearly Archives: 2013

25 ta’ Frar – 3 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali fid-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

5.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Frar

It-Tieni Hadd tar-Randan

Luqa 9,28-36

Daqs tmint ijiem wara dan id-diskors, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob.  U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Frar

Mattew 5,43-48

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq   il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għal Jum il-Lajċi

Konkatidral ta’ San Ġwann

15 ta’ Frar 2013

S. Ġakbu llum fl-ittra tieghu qed jagħtina li ngħarfu l-identità tagħna. Aħna l-poplu t’Alla, għandna l-missjoni nkunu pont bejn Alla u l-bniedem. Dak huwa s-saċerdożju universali li joħroġ mill-magħmudija tagħna.

Ħa niftakru x’qalilna S. Ġakbu.

L-ewwel ħaġa li qalilna S… Kompli aqra »

Sotto-segretarju Malti fis-Santa Sede għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti

Mons Antoine Camilleri

Il-Papa Benedittu XVI ħatar lis-saċerdot Malti, Mons Antoine Camilleri bħala Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti. F’dan ir-rwol Mons Camilleri se jgħin u meta meħtieġ, saħansitra jieħu post is-Segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati, l-Arċisqof Domenique Mamberti, fir-rwol tiegħu bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-Santa Sede.

Il-ħidma tinvolvi r-relazzjonijiet kollha tas-Santa Sede mal-komunita internazzjonali u l-gvernijiet ċivili kif ukoll il-promozzjoni tal-ġid tal-Knisja u s-soċjeta madwar id-dinja… Kompli aqra »

Mons. Antoine Camilleri appuntat Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-relazzjonijiet bejn l-Istati

Mgr Antoine Camilleri with His Holiness Pope Benedict XVI

The Holy Father Pope Benedict XVI has nominated the Maltese prelate, Monsignor Antoine Camilleri, as Under-Secretary for the Holy See’s Relations with States.

Monsignor Antoine Camilleri was born in Sliema on 20th August 1965. He hails from Stella Maris Parish. He attended St. Joseph’s School, Sliema, and St. Aloysius’ College, Birkirkara. He graduated Doctor of Laws from the University of Malta in 1988 and was ordained priest at St John’s Co-Cathedral on 5th July 1991… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Frar

Mattew 16,13-19

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

Il-Papa jikkunsidra pubblikazzjoni ta’ Motu Proprio – nota dwar il-konklavi

White smoke from Vatican chimney

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, qal li l-Papa Benedittu XVI qed jikkunsidra li jippubblika Motu Proprio (li tradotta għall-Malti mil-Latin tfisser ‘bl-inizjattiva tiegħu’) biex jikkjarifika xi punti dwar il-Kostituzzjoni Appostolika dwar konklavi. Dan qabel ma jkun vakat is-sede papali fi tmiem dan ix-xahar ta’ Frar.

Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Kelliem għall-Vatikan Padre Federico Lombardi qal li fid-dokument li Benedittu XVI qed jikkunsidra jippubblika fil-jiem li ġejjin, jista’ jkun li jintefa aktar dawl fuq meta se jibda jsir il-konklavi… Kompli aqra »