It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali fid-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwali u wara jiekol magħhom, il-Ħamrun.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Mr Rob Luke, Kummissarju Għoli Ingliż f’Malta fi żjara ta’ kortesija, l-Kurja.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan Dun Salvatore Borg, il-kappillan tal-Parroċċa tal-Kunċizzjoni tal-Ħamrun, il-Kurja.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa dwar id-Djakonat Permanenti u l-Ministeri lajkali, l-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jilqa’ l-kandidatura għad-Djakonat u l-Presbiterat ta’ erba’ Seminaristi fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ, Ħal-Qormi.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-Ħamrun bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali u wara jiltaqa’ man-nies.

Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja ta’ San Franġisk, Villambrosa, l-Ħamrun.

10.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-katekumenju tal-Mixja Neokatekumenali, l-Ħamrun.