Arkivji mensili: Frar 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Frar
  •  
    Mark 8, 34-9,1

    Ġesu sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta’ l-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Frar
  • Mark 8,27-33
     

    Telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?” Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” staqsiehom,”intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija.” Mbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuqu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Frar

  • Mark 8,22-26

    Waslu Betsajda, u ħadu quddiem Gesu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?” Dak ħares ‘il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin.” Mbagħad raġa’ qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi
  • Il-Ħadd 16 ta’ Frar 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ mal-Kummissjoni Adoloxxenti u Żgħażagħ tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Dakinhar, huwa ċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja, u iktar tard ltaqa’ mal-komunità ta’ Sorijiet Franġiskani fl-istess parroċċa. 

  • Quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja u laqgħa mas-Sorijiet Franġiskani

  • Ritratti: Photocity, Malta
    www,photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji għarajjes

  • L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji għarajjes

  • Nhar is-Sibt 15 ta’ Frar 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ mal-koppji ndividwalment biex jawguralhom u jifirħilhom talli għażlu li miż-żwieġ tagħhom jagħmlu Sagrament. 

    Din il-quddiesa ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Frar
  • Mark 8,14-21

    U nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Hu wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!” Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż.” Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż. Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Frar
  • Mark 8,11-13

    Ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha miegħu; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel.”  U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.

    Il-Qaddisin tal-jum: Is-Seba’ Fundaturi tal-Ordni Servi ta’ Marija

  • Kompli aqra »