• Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Frar

  •  
    Mark 8, 34-9,1

    Ġesu sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta’ l-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Xi prezz jista’ jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax jekk xi ħadd, minn dan in-nisel żieni u midneb ta’ llum, għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll għad jistħi minnu meta jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli mqaddsa.” Qalilhom ukoll: “Tassew ngħidilkom, li hawn xi wħud minnkom li qegħdin hawn, li żgur ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw  il-wasla tas-Saltna ta’ Alla, mogħnija bil-qawwa.”

     
    Il-Qaddis tal-jum: San Pietru Damian