Arkivji mensili: Frar 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Frar
  • Mark 5,21-43

    Wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, nxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.” U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jibda Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi

  • L-Arċisqof jibda Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi

  • Nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fil-ftuħ tat-tieni Żjara Pastorali għal din is-sena. Fix-xhur li ġejjin, l-Arċisqof ser iżur ukoll il-parroċċi tal-Imqabba, il-Balluta u Ħaz-Żebbug.  Il-programm taż-żjara pastorali li qed issir f’din il-parroċċa jinsab hawnhekk

  • Kompli aqra »

Il-Meravilja tal-Ħajja mill-Bidu Tagħha

  • Il-Meravilja tal-Ħajja mill-Bidu Tagħha
  • Kors Dwar Kwistjonijiet Fundamentali Dwar Il-Ħajja tal-Bniedem mill-Aspett Nisrani ‘X’inhu l-bniedem, biex inti taħseb daqhekk fih?’ (Salm 8.4). L-istudju tal-ġisem uman u l-potenzjal tiegħu iħallik mistagħġeb bil-komplessita u l-perfezzjoni tiegħu u ta’ min ħalqu. Minkejja dan, fiz-żminijiet tal-lum hemm min ixejjen il-valur tal-ħajja umana u jaġixxi bħallikieku il-ġisem u l-ħajja tal-bniedem ma’ huma xejn differenti minn dawk ta’ l-annimali…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Frar
  • Mark 5,1-20

    Waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu.  Lejl u nhar kien il-ħin kollu joqgħod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta’ ġismu biż-żrar…

  • Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Frar

  • 3 – 9 ta’ Frar

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.
     
    It-Tlieta          
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Konsagrata, l-Iskola Santa Monica, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi

  • Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi
  • Is-Sibt 1 ta’ Frar 6.00 p.m.             L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali u wara jiltaqa man-nies. L-Erbgħa 5 ta’ Frar 6.30 p.m.             L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija.
    7.30 p.m.             L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Frar
  • Il-Prezentazzjoni tal-Mulej (Il-Kandlora)
    Jum il-Ħajja Kkonsagrata
    Luqa 2,22-40

    Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Frar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Frar
  • Mark 4,35-41
     
    Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! …

  • Kompli aqra »