Arkivji mensili: Marzu 2014

L-Isqof Scicluna jipprietka l-Eżerċizzi tar-Randan

  • L-Isqof Scicluna jipprietka l-Eżerċizzi tar-Randan
  • L-Isqof Awżiljarju, Mons. Charles J. Scicluna, ser jipprietka l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan għall-koppji miżżewga u għall-ħaddiema, u wkoll joffri l-omelija fuq l-Evanġelju tal-Ħadd f’żewġ parroċċi differenti. It-tema ġenerali ta’ dawn l-eżerċizzi hi l-Ferħ tal-Evanġelju: Evangelii Gaudium. L-omeliji fil-parroċċi jibdew għada s-Sibt 8 ta’ Marzu, waqt il-Quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Dawn l-eżerċizzi ser ikomplu kull nhar ta’ Sibt sal-5 ta’ April…
  • Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Marzu

  • 3 – 9 ta’ Marzu
  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtù.
     
    It-Tlieta          
    7.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi Ċelebrazzjoni Penitenzjali għall-Kleru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Birkirkara.
     
    L-Erbgħa
    8.30 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ras ir-Randan, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

€97,000 għall-vittmi tat-tifun Haiyan

  • €97,000 għall-vittmi tat-tifun Haiyan
  • Fit-12 ta’ Novembru 2013, Caritas Malta nediet kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għall-vittmi tat-tifun Haiyan, fil-Filippini. Din il-kampanja saret ukoll fuq talba tal-Konferenza Episkopali Maltija. ​Bħalma jagħmel dejjem, il-poplu Malti wieġeb għal dan l-appell b’ ġenerożità kbira, tant li nġabret is-somma ta’ €97,000. Dawn il-fondi ser jintużaw biex il-Caritas Internationalis u dik fil-Filippini tkun tista’ ttaffi mit-tbatija li għaddejjin minnha dawk milquta’ mit-tifun…
  • Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

  • Żmien ir-Randan
  • Illum, l-Erbgħa 5 ta’ Marzu, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali. Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju…
  • Kompli aqra »

Mons. Alfred Xuereb maħtur Prelat Segretarju Ġenerali

  • Mons. Alfred Xuereb maħtur Prelat Segretarju Ġenerali

  • Il-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Alfred Xuereb bħala Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede. Id-digriet tal-ħatra ġie ffirmat dalgħodu stess mill-Papa, flimkien mad-digriet tal-ħatra tal-Kardinal George Pell bħala Prefett tal-istess Segreterija…

  • Kompli aqra »

Mons. Alfred Xuereb maħtur Prelat Segretarju Ġenerali

  • Mons. Alfred Xuereb maħtur Prelat Segretarju Ġenerali

  • Il-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Alfred Xuereb bħala Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede. Id-digriet tal-ħatra ġie ffirmat dalgħodu stess mill-Papa, flimkien mad-digriet tal-ħatra tal-Kardinal George Pell bħala Prefett tal-istess Segreterija. 

    ​Is-Segreterija l-ġdida għandha fir-responsabbiltà tagħha l-funzjonijiet ekonomiċi u amministrattivi kollha tas-Santa Sede u tal-Istat tal-Vatikan…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jappella għat-talb għall-Ukraina 

  • Il-Papa jappella għat-talb għall-Ukraina 

  • Pope Francis asked for prayers for Ukraine on Sunday, which he said was living through a delicate situation.

    The Holy Father expressed the hope that all parts of the country “will endeavour to overcome misunderstandings and build together the future of the nation.” The Pope also appealed to the international community “to support any initiative for dialogue and harmony.”

    He made the call following the recitation of the Angelus in St Peter’s Square…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan

  • Ittra Pastorali għar-Randan

  • Sehemna Fil-Bini Tas-Soċjetà

  • Għeżież ħutna,

    ​Fil-mixja tagħna bħala poplu, għamilna passi u kisbiet kbar biex il-ġens tagħna jintiseġ bħala nazzjon u jkollu dinjità…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja tal-Imqabba

  • L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja tal-Imqabba

  • Nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-iskola primarja tal-Imqabba bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »