Arkivji mensili: Marzu 2014

Direttorju ġdid tal-Knisja f’Malta

  • Direttorju ġdid tal-Knisja f’Malta
  • Ġie ppublikat id-direttorju tal-Knisja għas-sena 2014 b’aktar minn 500 paġna ta’ tagħrif aġġornat, bil-Malti u bl-Ingliż, dwar l-istrutturi, l-oqsma u l-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

    Id-direttorju Ekkleżjastiku jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-Kurja ta’ Malta, is-Segretarjati u l-Kummisjonijiet, il-parroċċi, l-Ordnijiet Reliġjużi, l-Istituzzjonijiet, l-Għaqdiet u l-Movimenti, id-Djar tal-Anzjani u Skejjel tal-Knisja.

    It-taqsima dwar il-parroċċi fiha tagħrif dwar l-għadd ta’ parruċċani u ta’ familji; Quddies matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u l-Festi; purċissjonijiet; lista ta’ l-għaqdiet u movimenti reliġjużi rappreżentanti fil-parroċċa; in-numru ta’ Magħmudijiet, l-Ewwel Tqarbina, Griżma tal-Isqof, Żwiġijiet u Funerali tas-sena ta’ qabel f’kull parroċċa; u l-knejjes u kappelli fejn jistgħu jiġu ċċelebrati ż-żwiġijiet…

  • Kompli aqra »

Irtir ta’ Żmien ir-Randan

  • Irtir ta’ Żmien ir-Randan

  • Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2014, l-Isqfijiet, is-saċerdoti u l-impjegati lajċi tal-Kurja, tat-Tribunal Ekklezjastiku u tal-Caritas ser jattendu irtir fl-okkażjoni ta’ żmien ir-Randan. Il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas fil-Furjana ser ikunu magħluqa bejn it-8.30 am u s-2 p.m…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżżazjoni u jippresiedi l-Assemblea Parrokjali fl-Imqabba

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżżazjoni u jippresiedi l-Assemblea Parrokjali fl-Imqabba
  • Nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. temm iż-Żjara Pastorali ġewwa il-parroċċa tal-Imqabba b’laqgħa mal-animaturi tal-evanġeliżżazjoni u l-assemblea parrokjali.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Marzu
  • Mattew, 6,7-15

    Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk: ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Ħadd in-Nies, l-Ewwel Ħadd tar-Randan

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Ħadd in-Nies, l-Ewwel Ħadd tar-Randan
  • Ħaż-Żabbar
    9 ta’ Marzu 2014

    Ħuti, aħna qegħdin fil-bidu tar-Randan, fl-ewwel Ħadd tar-Randan, u l-Knisja permezz tal-Liturġija qed tgħinha biex inkunu nafu x’qegħdin ngħixu. Jiġifieri f’dan ir-Randan qed tgħidilna l-ewwel aħna min aħna, it-tieni, Kristu Sidna kif daħal fl-istorja tagħna u t-tielet aħna x’għandna nagħmlu biex il-grazzja ta’ Kristu tkun tista’ tidħol ġewwa fina? …

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-kappillan Fr Martin Schembri O.Carm

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-kappillan Fr Martin Schembri O.Carm
  • Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys
    28 ta’ Frar 2014

    Ħuti, fil-Vanġelu aħna smajna silta mill-ħajja ta’ Ġesu. Għadu fil-bidu tal-missjoni tiegħu, huwa spjega x’inhi l-missjoni tiegħu, bl-Ingliż ngħidulha l-mission statement. Il-kliem kollu ta’ Ġesu qiegħed madwar il-bniedem: jien nagħti s-saħħa lil dawk li huma dgħajfin, nagħti li jaraw lil dawk li ma jarawx…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażaġħ u Adolexxenti tal-Imqabba

  • L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażaġħ u Adolexxenti tal-Imqabba

  • Nhal il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ maż-żagħażagħ u l-adoloxxenti bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa tal-Imqabba.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…

  • Kompli aqra »

Ezercizzi tar-Randan għal persuni li għaddew minn Separazzjoni

  • Ezercizzi tar-Randan għal persuni li għaddew minn Separazzjoni
  • Matul iż-żmien tar-Randan ser jiġu organizzat ezercizzi, mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, Moviment ta’ Kana u Caritas, għal persuni li għaddew minn separazzjoni.
     
    Dati: Mill-10 ta’ Marzu sal-14 ta’ Marzu 2014
    Ħin: 7pm
    Post: Knisja tas-Sarrija, il-Furjana
    Predikatur: Dun Kevin Schembri
     
    Għal aktar informazzjoni ċemplu 79202477

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Marzu
  • Mattew 25, 31-46

    “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja…

  • Kompli aqra »