Arkivji mensili: April 2014

L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju matul Il-Ġimgħa Mqaddsa

  • L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju matul Il-Ġimgħa Mqaddsa
  • Fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, filwaqt li l-Isqof Charles J. Scicluna ser imexxi ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Katidral tal-Imdina. Nhar Ħamis ix-Xirka fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fid-9.30a.m., tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa. Flimkien ma’ l-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju, f’din iċ-ċelebrazzjoni jieħdu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi…
  • Kompli aqra »

Via Sagra Djoċesana f’San Vinċenz de Paul

  • Via Sagra Djoċesana f’San Vinċenz de Paul
  • Illejla, 16 ta’ April 2014 fis-7.30 p.m., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-Via Sagra Djoċesana organizzata minn radju RTK u mis-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta fir-Residenza għall-anzjani San Vincenz de Paul, Ħal-Luqa.

    Din is-sena, il-Knisja għażlet li torganizza l-Via Sagra f’din ir-residenza biex tkun qrib l-anzjani, speċjalment dawk li qed ibatu u li huma waħedhom…

  • Kompli aqra »

Seminar dwar Evangelii Gaudium

  • Seminar dwar Evangelii Gaudium
  • Il- Grupp ta’ Malta ta’ Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice ser jorganizza seminar nhar it-22 ta’ April fis-6 ta’ fil-għaxija fis-Seminarju, Tal- Virtù, dwar l- aspetti soċjali u ekonomiċi tal- Eżultazzjoni Appostolika ta’ Papa Franġisku, “Evangelii Gaudium”.

    Is-Seminar ser jiġi indirizzat minn Fr Paul Pace SJ, provinċjal tal-Ġiżwiti Maltin, is-sur Michael Bonello, ex-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u minn Dr Sue Vella, lecturer tal- Politika Soċjali tal-Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ April
  • l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa
     
    Matthew 26,14-25

    Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta’ l-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta’ l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.’ ” Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid…

  • Kompli aqra »

L-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku bil-Malti

  • L-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku bil-Malti
  • Is-Segretarjat tal-Lajċi tal-Knisja f’Malta f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex qed joffri l-verżjoni bil-Malti tal-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Evangelii Gaudium (Il-Ferħ tal-Vanġelu). It-traduzzjoni ta’ dan id-dokument mit-test oriġinali Taljan saret wara xhur ta’ ħidma minn Francesco Pio Attard, bl-għajnuna ta’ Joe Farrugia u Vivienne Attard. L-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium, maqsuma fuq ħames kapitli, hi meqjusa wieħed mill-aktar dokumenti importanti miktub minn Papa f’dawn l-aħħar snin, u fiha l-Papa Franġisku joffri dak li jista’ jissejjaħ il-programm tal-pontifikat tiegħu…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ April
  • It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa
     
    Ġwanni, 13:21-33,36-38

    Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Mario Grech jiltaqa’ mal-President Marie-Louise Coleiro Preca

  • L-Isqof Mario Grech jiltaqa’ mal-President Marie-Louise Coleiro Preca
  • Waqt żjara ta’ kortesija li l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech għamel lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, it-Tnejn 14 ta’ April 2014, intqal li l-uffiċċju li l-President se jkollha f’Għawdex se jagħti opportunita’ li din il-Presidenza tkun aktar viċin tal-Għawdxin.

    Il-President Coleiro Preca qalet li prijorità ewlenija ta’ din il-Presidenza se jkunu t-tfal…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • L-Isqof Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
  • Nhar il-Ħadd 13 ta’ April 2014, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-Isqof żar ukoll iċ-ċenaklu ħaj li qiegħed jiġi imtellgħa mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ kordin, fil-bini tal-Faċilità. Iċ-ċenaklu għandu storja li timxi fuq żewġ binarji, fuq naħa waħda l-istorja tradizzjonali tal-aħħar ċena , filwaqt li fuq naħa oħra l-istorja ta’ persuna li żbalja u spiċċa l-ħabs…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ April
  • It-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa
     
    Ġwanni, 12, 1-11

    Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ…

  • Kompli aqra »