Arkivji mensili: April 2014

L-Isqof Peter Baldacchino jiltaqa’ mal-Arċisqof

  • L-Isqof Peter Baldacchino jiltaqa’ mal-Arċisqof
  • It-Tlieta 29 ta’ April 2014, Mons. Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, għamel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Il-laqgħa saret fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.
     
    Illejla, fis-6.30 p.m., l-Isqof Baldacchino ser jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Isqof.
      

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ April
  • Ġwann 3,16-21

    Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ April
  • Ġwann 3, 7-15

    La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu.” “Kif qatt jista’ jkun dan?” raġa’ qallu Nikodemu. U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? …

  • Kompli aqra »

L-Isqof Peter Baldacchino jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament

  • L-Isqof Peter Baldacchino jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament
  • Nhar l-Erbgħa 30 ta’ April 2014, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m., Mons. Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Isqof.
     
    Mons. Peter Baldacchino ġie maħtur Isqof mill-Papa Franġisku u fid-19 ta’ Marzu 2014 ġie kkonsagrat Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ Miami…

  • Kompli aqra »

Quddiesa ta’ ringrazzjament għaż-żewġ Qaddissin ġodda

  • Quddiesa ta’ ringrazzjament għaż-żewġ Qaddissin ġodda
  • Nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2014, l-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II. Din il-Quddiesa ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant Elena, Birkirkara, fis-6.30 p.m., u ser tiġi ċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli u l-Isqof Awżiljarju Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ April
  • Ġwann 3,1-8

    Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu.” Ġesù wieġbu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla.”  Qallu Nikodemu: “Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? …

  • Kompli aqra »

28 ta’ April – 4 ta’ Mejju

  • 28 ta’ April – 4 ta’ Mejju
  • It-Tnejn          
     
    It-Tlieta          
    8.35 a.m.         L-Arċisqof jirritorna lura Malta minn Ruma.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju jilqgħu lil Mons Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, għal żjara ta’ kortesija, fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi djalogu maż-żgħażagħ organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fil-bitħa ta’ Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Emeritu tal-Kuwait jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr

  • L-Isqof Emeritu tal-Kuwait jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr
  • Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2014 fis.6.30 p.m., Mons. Francesco Adeodato Micallef O.C.D., Isqof emeritu tal-Kuwait, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tas-sittin sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fis-Santwarju ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Birkirkara.

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ April
  • It-Tieni Ħadd tal-Għid
     

    Ġwanni 20,19-31
    Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu  s-Santu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ April
  • L-Ottava tal-Għid
     
    Mark 16,9-15

    Wara li Ġesù qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex…

  • Kompli aqra »