Arkivji mensili: April 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ April
  • Hadd il-Għid
    Gwanni 20,1-9

    Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar…

  • Kompli aqra »

21 – 27 ta’ April

  • 21 – 27 ta’ April
  • It-Tnejn          
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tal-Kapitlu Ġenerali tal-MUSEUM (Sezzjoni Femminili), fis-Seminarju tal-Virtù.

    It-Tlieta          
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakultà tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju Maġġuri, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’seminar organizzat minn Centesimus Annus dwar l-Ezortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku, fis-Seminarju, tal-Virtù…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ April
  • Sibt il-Għid
     
    Mattew 28,1-10
    Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar. U ara, nħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha. Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; lbiesu abjad bħas-silġ. Bil-biża’ tiegħu   l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi il-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka

  • L-Arċisqof imexxi il-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka
  • Nhar il-Ħamis 17 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa il-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka li matulha isir il-ħasil tar-riġlejn, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fost l-‘Appostli’ li l-Arċisqof ħaslilhom saqajhom kien hemm immigranti Insara, residenti tad-Dar tal-Providenza u anke residenti mid-djar ta’ riabilitazzjoni tal-Caritas.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ April
  • Il-Ġimgħa l-Kbira
    Ġwanni 18:1-19:42

    Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand  il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra il-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut

  • L-Arċisqof jiċċelebra il-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut
  • Il-Ħamis 17 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra il-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa, fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof bierek iż-żjut imqaddsa li jintużaw fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tal-Griżma tal-Morda, tal-Magħmudija, tal-Konfermazzjoni u l-Ordni Sagri. Flimkien ma’ l-Arcisqof Cremona u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna, f’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi li ġeddew il-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali. 

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi l-Via Sagra Djoċesana

  • L-Arċisqof imexxi l-Via Sagra Djoċesana
  • Nhar l-Erbgħa 16 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa il-Via Sagra Djoċesana fir-residenza għall-anzjani San Vinċenz de Paul. Din il-Via Sagra kienet organizzata minn Radju RTK u mis-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta. Prezenti kien hemm ukoll il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

    Din is-sena, il-Knisja għażlet li torganizza l-Via Sagra f’din ir-residenza biex tkun qrib l-anzjani, speċjalment dawk li qed ibatu u li huma waħedhom…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ April
  • Il-Ħamis ix-Xirka
    Ġwanni 13,1-15
     

    Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet dwar il-Liġi tal-Unjoni Ċivili

  • Wara li l-Parlament ta’ Malta approva l-liġi dwar l-unjoni ċivili u l-adozzjoni tat-tfal minn koppji  tal-istess sess,  bix-xewqa li d-diskussjoni tkompli b’rispett lejn kull persuna indipendentament mill-orjentament sesswali tagħha u mill-għażla li tkun għamlet, aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex inħossu li nistgħu nwasslu dawn il-punti:

    1. Minkejja t-tibdil li għaddejjin minnu, is-soċjetà tagħna għandha tkompli tagħmel kuraġġ u tirsisti biex tibqa’ tgħożż u tagħti preferenza lill-familja naturali mibnija fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara…
  • Kompli aqra »