Arkivji mensili: April 2014

Festa ta’ Maħfra lejlet il-festa tad-Duluri

  • Festa ta’ Maħfra lejlet il-festa tad-Duluri
  • Il-Ħamis 10 ta’ April 2014, lejlet il-festa tad-Duluri, il-Knisja f’Malta qed terġa torganizza Festa ta’ Maħfra. Din l-attività saret għall-ewwel darba fuq livell Djoċesan fit-28 ta’ Marzu li għadda, festa ta’ Kristu Redentur. Dan wara li l-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha jipparteċipaw f’inizjattiva simili li saret fil-Bażilika ta’ San Pietru u f’diversi knejjes f’Ruma…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ April

  • Ġwanni 8,31-42

    Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur Casa Leone u jinawgura wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Balluta

  • L-Arċisqof iżur Casa Leone u jinawgura wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Balluta
  • Nhar is-Sibt 5 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fid-Dar tal-Anzjani ‘Casa Leone’ u wara żar ir-residenti ta’ din id-Dar, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa tal-Balluta. Iktar tard, l-Arċisqof inawgura wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li qed tittella’ fl-istess parroċċa.

    Żjara f’Casa Leone

  • Inawgurazzjoni ta’ wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ April

  • Ġwanni 8,21-30

    U Ġesù raġa’ qalilhom: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija u tas-Soċjeta Ċivili tal-Balluta

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija u tas-Soċjeta Ċivili tal-Balluta
  • Nhar il-Ħamis 3 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija u iktar tard mas-Soċjeta Ċivili bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Balluta.

    Laqgħa mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija

  • Laqgħa mal-membri tas-Soċjeta Ċivili
  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ April

  • Ġwanni 8,1-11
    Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju…

  • Kompli aqra »

7 – 13 ta’ April

  • 7 – 13 ta’ April
  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fil-Kurja.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, tal-Virtù.

    It-Tlieta         
    9.30 a.m.         L-Arċisqof imexxi nofs ta’ nhar irtir għall-irġiel tal-grupp ‘Ragħaj it-Tajjeb’, fil-Knisja ta’ St Patrick’s, tas-Sliema.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jppresiedi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet fl-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtu’…

  • Kompli aqra »

il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ April

  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan
     
    Ġwann  11,1-45

    Kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ April

  • Gwanni, 7,40-52

    Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih…

  • Kompli aqra »