Il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2014
29/05/2014- Il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2014
-
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, li ser jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd l-ewwel ta’ Ġunju 2014, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali nieda spot li ser jixxandar fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-messaġġ tal-ispot jistaqsi jekk il-mezzi tat-teknoloġija humiex iservu ta’ pont jew aljenazzjoni fil-komunikazzjoni soċjali. Il-kuntest tal-filmat huwa familja fil-ħajja ta’ kuljum, f’soċjetà teknoloġika.
Għal din l-okkażjoni wkoll, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., permezz tas-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali, qed jorganizza ‘Business Brunch’ għall-edituri tal-aħbarijiet u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-media…