Arkivji mensili: Mejju 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Mejju
  • Gwanni 15,9-17

    Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-immigrazzjoni

  • Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-immigrazzjoni
  • Il-Konferenza Episkopali Maltija tinnota b’sogħba l-inċidenti riċenti ta’ nies li kienu qed ifittxu l-ażil u li tilfu ħajjithom fuq il-baħar ta’ madwarna.  L-Isqfijiet jappellaw lill-Awtoritajiet Ċivili u  lill-Għaqdiet Non-Governattivi, b’mod speċjali dawk fi ħdan il-Knisja,  biex ikomplu fil-ħidma tagħhom favur il-ħajja umana u l-ħarsien tad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem.

    + MARIO GRECH                                                               + PAWLU CREMONA O.P…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta Mejju
  • Ġwann 10,22-30
    Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il- Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.” Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija…

  • Kompli aqra »

Jum il-Karità 2014

  • Jum il-Karità 2014
  • ‘Għin lil ħaddieħor igħix aħjar’
  • Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014, il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Jum il-Karità. Il-motto li ntagħżel għal din is-sena hu ‘Għin lil Ħaddieħor Igħix Aħjar’ (R. Follerau).
    Mill-offerti li ser jingħataw waqt il-quddies fi tmiem din il-ġimgħa, ser jibbenefikaw id-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, Id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti Taqsima Refuġjati, is-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-Caritas Malta…
  • Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Mejju

  • 12 – 18 ta’ Mejju
  • It-Tnejn          
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jikkonċelebra waqt Quddiesa immexxija mill-Em.T. Kardinal Maura Piacenza fil-ftuħ tal-Konferenza Internazzjonali tac-Church in Need, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
    5.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Filep…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Mejju
  • Ġwann 10,11-18
    Jiena r-ragħaj  it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li m’huwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m’humiex tiegħu, jara  l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum -11 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum -11 ta’ Mejju
  • Ir-Raba’ Ħadd ta’ l-Għid

    Ġwann 10,1-10
    “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Mejju
  • Ġwann 6.60-69

    Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Mejju
  • Ġwann  6,52-59

    Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Mejju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Mejju
  •  
    Ġwanni 6,44-51

    ‘Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier…

  • Kompli aqra »