Arkivji mensili: Ġunju 2014

Il-Knisja hija Omm mhux ‘NGO’ – il-Papa Franġisku

    • Pope Francis opened the Ecclesial Convention of the Diocese of Rome on Monday night, emphasizing the Church’s role of Mother in a society where more and more children are leading the life of an orphan.

      Pope Francis began his remarks by stating that over the past year, he has made numerous parish visits in the Diocese of Rome, where he has met a great number of people, however briefly…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Ġunju

  • Matthew 5,43-48

    “Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek. ‘Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq  il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? …

  • Kompli aqra »

Konferenza fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2014

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali 2014, it-Tnejn 16 ta’ Ġunju 2014 fil-lukana Excelsior, il-Furjana, inżamm ‘business brunch’ għall-edituri tal-aħbarijiet u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-media . Il-kelliem ewlieni kien l-E.T. il-Professur Douglas Kmiec, eksambaxxatur tal-Istati Uniti għal Malta. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ikkonkluda l-konferenza bil-messaġġ tiegħu għal din l-okkażjoni, filwaqt li Fr Charles Tabone O.P., Delegat tal-Arċisqof, introduċa l-konferenza.

  • Agħfas hawn biex tisma’ id-diskors ewlieni tal-E.T…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Ġunju

  • Mattew 5,38-42

    “Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn.  Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef mingħandek…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Ġunju

  • It-Trinità Mqaddsa
    Gwann 3, 16-18

    Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Ġunju

  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    12.00 p.m.       L-Arċisqof jippresiedi konferenza għall-edituri tal-aħbarijiet u diriġenti tal-organiżżazzjonijiet tal-midja fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, fil-lukanda Excelsior, il-Furjana.

    ​It-Tlieta
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, Ħ’Attard.

    L-Erbgħa
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jattendi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Midalja tad-deheb Premju Papa Ġwanni XXIII fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Ġunju
  • Mattew 5, 33-37

    “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari, ‘Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.’ Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda…

  • Kompli aqra »

9 – 15 ta’ Ġunju

  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    5.30 p.m.         L-Arċisqof ibierek il-gym u l-playground ġodda ta’ Dar Merħba Bik, Ħal-Balzan.

    It-Tlieta
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.

    L-Erbgħa
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Russja, Kappara

    Il-Ħamis
    10.15 a.m.       L-Arċisqof jattendi għal laqgħa ta’ talb tal-grupp ‘Praise the Lord Jesus’, l-Ibraġġ…

  • Kompli aqra »

2 – 8 ta’ Ġunju

  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi u jiċċelebra Quddiesa, fis-Seminarju, tal-Virtù.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fl-okkażjoni ta’ Jum l-Italja, fl-Ambaxxata Taljana, Ta’ Xbiex.

    ​It-Tlieta
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ ma membri mill-Għaqda Tabernakoli, il-Kurja.
    4.00 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

    L-Erbgħa
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

26 ta’ Mejju – 1 ta’ Ġunju

  • It-Tnejn
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’irtir ta’ ġimgħa għar-reliġjużi rġiel u nisa immexxi minn Patri Raniero Cantalamessa, predikatur tal-Papa, Seminarju tal-Virtù.

    It-Tlieta

    L-Erbgħa
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju tal-Guardian Angel School, il-Ħamrun.

    Il-Ħamis

    Il-Ġimgħa
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ Burmarrad u t-twaqqif tal-istess parroċċa, Burmarrad…

  • Kompli aqra »