Arkivji mensili: Ġunju 2014

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. il-Professur Douglas Kmiec

    • Il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-eks ambaxxatur tal-Istati Uniti għal Malta, l-E.T. il-Professur Douglas Kmiec. Nhar it-Tnejn li ġej, il-Professur Kmiec ser jindirizza konferenza għall-edituri u diriġenti tal-media bit-tema: “Jekk is-sekularizzazzjoni ssir sekulariżmu, x’jiġri mid-demokrazija? Ir-relazzjoni bejn Knisja u Stat”.

      Ritratti: Photocity
      www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Ġunju
  • Mattew 5, 27-32

    “Smajtu xi ntqal, ‘La tagħmilx adulterju.’ Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ‘l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern…

  • Kompli aqra »

22 Jump Street

  • **

    Diretturi:       Phil Lord, Christopher Miller
    Atturi:            Jonah Hill, Channing Tatum, Ice Cube
    Ħin:                112 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  15
    Klassifika tal-Knisja:      18
     
    Wara li jwaqqfu klikka li kienet qedha ddaħħal id-droga b’kutrabandu, iż-żewġ pulizzija pajżana Schmidt u Jenko jitqabbdu jsibu min qed imexxi droga sintetika, msejħa ‘whyphy’. Għalhekk jagħmluha ta’ studenti universitarji, iżda jidħlu b’ruħhom u snienhom fil-ħajja ta’ l-istudenti…

  • Kompli aqra »

Under the Skin

  • *** Direttur:              Jonathan Glazer Atturi:                  Scarlett Johansson, Andrew Gorman, Jeremy  McWilliams, Lynsey Taylor MacKay, Dougie McConnell u Kevin McAlinden Ħin  tal-Film:      108 min. KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:    15 KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          18 L-istorja tal-film teħodna ġewwa l-Iskozja fejn niltaqgħu ma’ aljena mlibbsa bil-ġilda ta’ tfajla ħelwa li nqatlet ftit qabel mis-sieħeb tagħha, aljen,  li kien isuq mutur b’veloċita` kbira jdur mall-inħawi kollha biex jara li l-għan tagħhom iseħħ…
  • Kompli aqra »

Blended

  • *** Direttur:          Frank Coraci
    Atturi:             Adam Sandler, Drew Barrymore, Bella Thorne, Emma Fuhrmann, Alyvia Alyn Lind, Shaquille O’Neal, Terry Crews u  Joel  McHale
    Ħin tal-film:    117 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Jim, missier armel bi tliet itfal bniet, Hillary, Espn u Lou, jaħdem bħala maniġer ġewwa ħanut li jbiegħ ħwejjeg u tgħammir tal-isports…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt il-Vġili ta’ Pentekoste

  • Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid
    7 ta’ Ġunju 2014

    Ħuti, naħseb li lkoll tafu li l-Papa qalilna biex f’Pentekoste nitolbu ħafna għalih għaliex għada se jiltaqgħu dawk li jmexxu f’Israel u dawk li jmexxu fil-Palestina biex jitolbu mal-Papa quddiem il-Mulej. U jiena naħseb li din hija diġa forma ta’ miraklu min-naħa tal-Ispirtu s-Santu. Minn qatt, anke minna, basar li wara ħamsin sena li kienu ilhom bi ġlied bejniethom jiġi l-Papa Franġisku u jgħidilhom: ‘isma’ imma intom ma uzajtux kollox biex ikollkom il-paċi…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Papa Franġisku fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja 2014

  • Pope Francis delivered a video message to the organisers, players and fans participating in the 2014 World Cup tournament in Brazil. Delivered in Portuguese, the message expresses the Holy Father’s hope that, in addition to a celebration of sport, this World Cup can be transformed into a festival of solidarity between peoples.

    The message goes on to say sport is not only a form of entertainment, but also a tool to communicate the values ​​that promote the good of the human person and help to build a more peaceful and fraternal coexistence…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Ġunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Ġunju
  • Mattew 5, 20-26

    “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li  l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Fraġisku dwar il-biża’ t’Alla

    • Pope Francis warned corrupt persons in positions of power that they would do well to fear God’s justice and repent on Wednesday, during the course of the catechetical portion of his weekly General Audience, dedicated to the seventh and final of the gifts of the Holy Spirit: fear of the Lord.

      Departing repeatedly from his prepared text in Italian for emphasis, the Holy Father spoke of the fear of the Lord, not as a servile or supine disposition before the Lord, but as the grateful response of people who have first been loved by the infinite love of God the Father…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 11 ta’ Gunju

  • Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Ġunju
  • Mattew 10, 7-13

    Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu…

  • Kompli aqra »