Arkivji mensili: Awwissu 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Awwissu

  • L-20 Ħadd ta’ matul is-Sena
    Mattew 15,21-28

    Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej !” Hu weġibha: “M’hux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu,”iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom?” Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Lifecycle Challenge

  • Is-Sibt 16 ta’ Awwissu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-partecipanti tal-Lifecycle Challenge, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. L-isfida ta’ din is-sena għaċ-ċiklisti tal-Lifecycle ser tibda fit-8 ta’ Settembru, mill-belt ta’ Fukuoka, lejn il-belt ta’ Tokyo, il-Ġappun, fi vjaġġ ta’ 2,000km.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-lum – 16 ta’ Awwissu

  • Mattew 19,13-15
    Mbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.
     
    Il-Qaddisin tal-jum: San Stiefnu tal-Ungerija

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Awwissu

  • Is-Solennita tal-Assunzjoni ta’ Marija
    Luqa 1,39-56

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 14 ta’ Awwissu

  • Mattew 18,21-19,1

    Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent. Billi ma kellux minn fejn iroddhomlu, is-sinjur ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu u kull ma kellu, ħalli b’hekk jitħallas id-dejn…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 13 ta’ Awwissu

  • Mattew 18, 15-20

    “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma’ żommu b’wieħed pagan u pubblikan…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jibgħat messaġġ lill-poplu Korean

  • Pope Francis has sent a video message to the people of Korea, broadcast on Korean television over the weekend and ahead of his Apostolic journey to Korea.

    In the message, the Holy Father begins by inviting the Korean people to pray with him that his upcoming visit will bear fruit for the Church and for Korean society in general…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Awwissu

  • Mattew 18,1-5,10,12,14

    F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom, “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir. U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili…

  • Kompli aqra »

Attività Djoċesana għall-Paċi fid-Dinja u għall-Insara ppersegwitati

  • L-Arċidjocesi ta’ Malta qed tistieden lill-Insara jattendu attività li ser tikkonsisti f’talb għall-paċi fid-dinja u għall-Insara li qed jiġu ppersegwitati f’diversi pajjiżi. Wara l-appell għat-talb, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna jixtiequ li l-Insara jingħaqdu fit-talb mal-Papa Franġisku li kontinwament qed jappella għall-paċi f’diversi pajjiżi fejn hemm il-ġlied u l-kunflitti, u għal dawk il-komunitajiet ta’ Insara li qed ibatu l-vjolenza minħabba l-fidi tagħhom…

  • Kompli aqra »