Arkivji mensili: Awwissu 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Awwissu

  • Mattew 22,1-14

    Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa mnikket bl-aħbar tal-mewt ta’ tlett relattivi f’inċident ta’ traffiku

  • Pope Francis has learnt of the tragic death of three of his relatives in a traffic accident in Argentina and is “profoundly saddened.”  The Director of the Holy See’s Press Office, Father Federico Lombardi said the Pope had received news of the tragic accident and asks that “all those who share in his grief join with him in prayer.”  The victims were  the wife of the Pope’s nephew and her two young children aged 2 years and eight months.  His nephew, Emanuel Horacio Bergoglio, was seriously injured in the accident…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 20 ta’ Awwissu

  • Mattew 20,1-16

    “I-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru. Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess…

  • Kompli aqra »

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika ppreżentat lill-Arċisqof

  • Il-Kurja tal-Arċisqof ippublikat mill-ġdid il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.  L-edizzjoni l-ġdida ġiet ippreżentata lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. minn Monsinjur Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv tal-Kurja. Il-ħtieġa li din il-publikazzjoni terġa tiġi stampata nħasset wara li ma kienx fadal kopji tal-Katekiżmu, u wara li d-domanda għaliha baqgħet persistenti. Saret ukoll reviżjoni tat-test biex din il-publikazzjoni tinkludi l-ortografija l-ġdida tal-lingwa Maltija u l-kwotazzjonijiet mill-aħħar edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti…

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’konferenza stampa waqt it-tijira lura mill-Korea

  • From the possibility of the unification of the Koreas to the idea of “just war”, from the situation of persecuted minorities in Iraq to the Pope’s upcoming journey to Albania: on the flight back from Korea to Rome, Pope Francis answered questions put to him by journalists travelling with him aboard the papal plane.

    In what has become a traditional impromptu press conference aboard the papal plane, journalists spent more than an hour questioning the Pope about his recent visit to Korea for the 6th Asian Youth Day, about issues raised during the journey, his take on the ongoing violence against Christians and other minorities in Iraq, and about plans for future foreign trips…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 19 ta’ Awwissu

  • Mattew 19,23-30

    Mbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!  Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!” Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.” Mbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! …

  • Kompli aqra »

Il-Papa jtemm iż-Żjara Pastorali fil-Korea b’messaġġ ta’ tama u ta’ fejqan

  • Pope Francis has just left Seoul on a Korean Airlines flight headed for Rome at the conclusion of his five day visit to the Asian country. The plane is due to land at Ciampino airport just before 6pm, local time, on Monday evening. The Pope’s departure from the Korean capital came after a concluding Mass in Seoul’s Catholic cathedral, during which he challenged Christians to work and pray for peace and reconciliation on the divided peninsula…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Awwissu

  • Mattew 19,16-22

    Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”  U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja?”…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Michael Bellizzi bħala kappillan tal-parroċċa Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

    Dun Michael Bellizzi twieled fl-4 ta’ Novembru 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, u l-edukazzjoni post-sekondarja fin-New Lyceum (Junior College). Huwa kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.

    Dun Michael ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997…

  • Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Sant’ Elena Birkirkara

    • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lill Kan. Dun. Vincenz Cachia bħala Prepostu Arċipriet tal-parroċċa ta’ Sant’ Elena, Birkirkara.

      Dun Vincenz Cachia twieled fl-1 ta’ Ottubru 1947. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Msida u l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo tal-Ħamrun. Wara li daħal is-Seminarju kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

      Dun Vincenz ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Lulju 1974…

  • Kompli aqra »