• Ħafna katekisti, qassisin u missjunarji jkollhom jimxu kilometri twal fix-xemx u fix-xita biex imorru jaqdu l-ministeru tagħhom fil-vilaġġ li tiegħu jkunu reponsabli biex b’hekk iwasslu lil Ġesù għand dawn in-nies.

    L-Uffiċċju Missjunarju qed jorganiżża mixja b’risq il-missjoni biex permezz tal-fondi miġbura jkompli jgħin diversi pajjiżi jkollhom ħajja aħjar, ikompli jgħin diversi katekisti u qasisin ikollhom mezz biex dawn jivjaġġaw minn post għall ieħor.

    L-attivita ser tibda b’quddies fid-9.30am fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq u wara (fl-10.30am) titlaq il-mixja għad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Hemm tingħata l-Barka Sagramentali.

    Min ser jiġi bit-trasport privat jista’ jħalli l-karozza ż-Żurrieq u wara ser jitwassal mis-Siġġiewi lura lejn iż-Żurrieq bi transport provdut minn Missio f’12.15 p.m. Tistgħu wkoll tħallu l-karozza ħdejn id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi, fejn ser ikun provdut transport għaż-Żurrieq. Ħin fid-9.00am.

    Il-kbar huma mitluba jagħmlu donazzjoni ta’ €10 filwaqt li tfal taħt is-sittax-il sena €5.

    Applikazzjoni u aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websajt: www.missio.org.mt jew billi iccempel fuq 21236962.