Arkivji mensili: Novembru 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Novembru

  • San Luqa 19, 11-28

    Huma u jisimgħu dan, Ġesù żied jgħid parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu, ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu…

  • Kompli aqra »

MEETEEN 2014

  • Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru – MEETEEN se tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet djoċesani ta’ Kristu Re, permezz ta’ programm ikkulurit għall-adolexxenti ġewwa t-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema. MEETEEN hija okkażjoni li ta’ kull sena ġġib flimkien lill-adolexxenti bejn it-12 u s-16-il sena, u l-mexxejja tal-għaqdiet tagħhom, għal serata ta’ divertiment u talb.

    Din l-edizzjoni hija wkoll opportunità speċjali għall-adolexxenti sabiex jagħtu ġieh u ringrazzjament lill-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P., li ser ikun preżenti, għall-impenn pastorali tiegħu b’riżq l-adolexxenti u ż-żgħażagħ matul is-snin tiegħu bħala Arċisqof…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jipprepara għall-vjaġġ fl-Ewropa u t-Turkija

  • Human rights and Christian values in Europe and ecumenism and interfaith dialogue in Turkey top the Pope’s busy agenda next week as he prepares for his 5th and 6th pastoral visits abroad.

    At a press conference on Monday morning, Father Federico Lombardi SJ, Director of the Vatican Press Office illustrated the Pope’s schedule for the last week in November which will take him to Strasbourg, seat of the European Parliament and Council of Europe, and only two days afterwards  to Ankara and Istanbul in occasion of the festivity of Saint Andrew…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Novembru

  • San Luqa 19, 1-10​

    Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri  ‘l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku se jattendi l-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Philadelphia

  • Pope Francis on Monday confirmed he will be attending the World Meeting of Families in Philadelphia next year.

    “I wish to confirm according to the wishes of the Lord, that in September of 2015, I will go to Philadelphia for the World Meeting of Families,” said Pope Francis.  “Thank you for your prayers with which you accompany my service to the Church…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Novembru

  • San Luqa 18, 35-43

    Ġara li, huwa u riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lit-tobba biex jagħtu xhieda kemm il-ħajja hija sagra

  • Pope Francis met with the Association of Italian Catholic Doctors on Saturday. He urged them to resist “false compassion” and “witness by word and by example that human life is always sacred, valuable, and inviolable.”

    I welcome you on the occasion of the seventieth anniversary of the founding of the Association of Italian Catholic Doctors. In particular, I address a cordial greeting to the chaplain, Msgr…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Novembru

  • It-33 Ħadd tas-Sena
    San Mattew 25, 14-30
     
    “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra…

  • Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2015

  • Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016 ġew ippublikati fuq

    il-website tal-Knisja f’Malta, www.thechurchinmalta.org.

    B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,548 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess.  Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma mniżżla fir-Regolamenti…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Novembru

  • San Luqa 18, 1-8 

    Mbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu, ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’ Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal, ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejjqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’ “U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid  l-imħallef il-ħażin…

  • Kompli aqra »