• Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru – MEETEEN se tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet djoċesani ta’ Kristu Re, permezz ta’ programm ikkulurit għall-adolexxenti ġewwa t-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema. MEETEEN hija okkażjoni li ta’ kull sena ġġib flimkien lill-adolexxenti bejn it-12 u s-16-il sena, u l-mexxejja tal-għaqdiet tagħhom, għal serata ta’ divertiment u talb.

    Din l-edizzjoni hija wkoll opportunità speċjali għall-adolexxenti sabiex jagħtu ġieh u ringrazzjament lill-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P., li ser ikun preżenti, għall-impenn pastorali tiegħu b’riżq l-adolexxenti u ż-żgħażagħ matul is-snin tiegħu bħala Arċisqof.

    MEETEEN din is-sena huwa organiżżat mill-Oratorju Salesjan, bil-koordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.