Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira
09/11/2014-
Eċċellenza,
Ħuti,Inġbarna hawn illum, bħalma nagħmlu kull sena f’Jum it-Tifkira, biex nikkommemoraw il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija li, kif nafu, kienu tassew traġedji kbar. It-teologu Karl Rahner darba kiteb li “l-memorja hija l-fakultà li tinsa”. Jekk għandna dritt ninsew, illum għandna d-dover niftakru! Niftakru f’tant vittmi innoċenti li ntbagħtu għall-qatla mill-iskrivaniji ta’ min kien fil-poter.
Kien dan is-sentiment ta’ frustrazzjoni, ta’ rabja u ta’ swied il-qalb li esprimew b’mod tant elokwenti ġenerazzjoni ta’ poeti Ingliżi li jibqgħu mfakkra bħala The Great War Poets, fosthom Siegfried Sassoon u Wilfred Owen, li ġarrbu l-ħruxija tal-gwerra…