Intervent tal-Isqof Mario Grech waqt it-III Assemblea Ġenerali Straordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet
08/10/2014-
Dan il-waqt tal-istorja, meta aħna msejħin nirriflettu fuq l-isfidi pastorali tal-familja, hu iktar minn qatt qabel żmien ta’ grazzja biex inxandru l-ferħ tal-Vanġelu lill-familja kollha tal-bnedmin, ibda mill-familja ekkleżjali li, fi kliem il-Qdusija Tiegħu l-Papa, tixbah lil sptar fuq il-kamp tal-battalja.
Bħala isqof li ġej mill-Knisja ta’ Malta u Għawdex, nista’ ngħid li fil-qalb ta’ dawk li jemmnu hemm għatx qawwi għall-Vanġelu: imqar fejn qed isibuha iebsa biex jilqgħu u jgħixu b’mod sħiħ it-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ u l-familja, hemm tensjoni li tiġbed lejn il-Vanġelu, lejn Kristu. Tensjoni li tinbidel f’karba lilna r-Rgħajja biex naqraw is-sinjali taż-żminijiet u tal-Ispirtu ħalli nkunu nistgħu nipproponu l-ġmiel tal-Vanġelu u nwasslu l-faraġ u l-ħniena tal-Feddej lil kulħadd, partikularment lil dawk li sabu ruħhom f’sitwazzjonijiet pastorali diffiċli…